Il-Covid-19 u l-privatezza tagħna lkoll

Bħalma nagħmel kważi kuljum, iktar kmieni smajt il-konferenza stampa li taġġornana b’dak li qed jiġri dwar il-pandemija Covid-19.

Hi aħbar tajba li illum ma kien hemm ħadd li irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Għalkemm kif emfasizza Chris Fearne is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti tul il-ġranet li ġejjin, dan xorta hu punt importanti. Mertu kbir lill-awtoritajiet tas-saħħa li ħadmu ħafna u li ippreparaw ruħhom sewwa biex jistgħu jagħtu l-aħjar servizz lill-pajjiż.

Nirrikonoxxi ukoll l-impenn ta’ Chris Fearne Ministru tas-Saħħa li kien kapaċi jimmotiva lill-istaff mediku u paramediku tal-pajjiż biex jagħtu l-aħjar possibli. Grazzi.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum il-Ministru tas-Saħħa emfasizza ukoll li mhux ser tinħareġ l-ebda app għall-contact tracing. Napprezza li l-Gvern (għall-inqas s’issa) qiegħed attent dwar issues ta’ privatezza.

Ma nifhimx kif dan il-punt importanti ma ġiex rappurtat mill-gazzetti ewlenin ħlief mill-Malta Today li irrapporta hekk:
“In the coming days, a new app will be launched which will allow users to gauge any symptoms they may be expriencing and advise them on their risk of having been infected and whether they should get tested.
Fearne said that this would be an app to help with determining whether a person should be tested, not be a contact-tracing app. Malta, he underlined, was not yet ready to introduce a contact-tracing app, since various privacy concerns with such applications had not yet been conclusively addressed.”

Alternattiva Demokratika temfasizza li huwa importanti li l-privatezza tkun imħarsa. Huwa tajjeb li l-Gvern dan qiegħed attent għal dan ukoll.

Il-bieraħ AD ħarġet stqarrija importanti dwar dan is-suġġett u emfasizzajna li ħadd ma għandu japprofitta ruħu minn din il-pandemija biex jipperikola l-privatezza tagħna lkoll.

Il-pubbliku b’mod ġenerali qiegħed jikkoopera. Dan ikompli juri li ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ miżuri drastiċi. Huwa neċessarju li dejjem inżommu sens ta’ proporzjon fil-miżuri li jittieħdu. Huwa tajjeb li s’issa dan is-sens ta’ proporzjon inżamm. Dan jawgura tajjeb.

Għalhekk ukoll qed naslu!

Grazzi.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s