S’issa għad ma waslniex

L-aġġornament tal-lum dwar l-imxija tal-pandemija Covid-19 jikkonferma li għad ma wasalniex. Illum ġew identifikati 8 każijiet ġodda. Dan wara li nhar il-Ħadd ma ġie identifikat l-ebda każ. Dakinnhar ilkoll ħadna pjaċir.

Hu neċessarju li nibqgħu nosservaw l-istruzzjonijiet tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u nżommu d-distanza minn ħaddieħor jekk ikollna bżonn noħorġu għall-ħtiġijiet bażiċi.

Ċertament li mhux żmien il-picnics jew xi BBQ f’postijiet pubbliċi.

Issa li ġej tmiem il-ġimgħa twil (1 ta’ Mejju nhar il-Ġimgħa) u b’temp sabiħ, it-tentazzjoni għall-ħruġ fil-kampanja jew għal xi għawma, wieħed jifhimhom. Jeħtieġ li nibqgħu nagħmlu sagrifiċċju u noqgħodu lura mill-ħruġ li mhux neċessarju. Huwa b’hekk biss li nistgħu nżommu l-virus tal-Covid-19 milli jixtered.

S’issa kważi wasalna. Biex naslu jiddependi minn kulħadd.

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-faċilitajiet tas-saħħa pubblika ħadmu tajjeb. Prosit u grazzi.

Huwa ukoll ta’ sodisfazzjon li s’issa ġew salvati l-parti l-kbira tal-impiegi. Dan qed isir riżultat ta’ sens ta’ responsabbiltà tan-negozji u l-industrija flimkien ma għajnuna finanzjarja da parti tal-Gvern. L-għajnuna, ovvjament qatt ma hi biżżejjed.
Matul il-ġimgħat li ġejjin hemm il-possibilità li jibdew jonqsu l-miżuri restrittivi. Huwa mportanti li nsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritàjiet tas-saħħa li qed jieħdu l-prewkazzjonijiet kollha neċessarji fl-interess tagħna lkoll.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s