Ħelwa din Ann Fenech tiddeskrivi l-iżbalji tal-PN fil-Gvern qieshom “dnubiet tal-abbatini” ħdejn dak li qed isir illum.
L-istejjer tal-lum huma gravi. Anzi gravi ħafna. Mhux biss dawk dwar il-kumpaniji fil-Panama ta’ Konrad u Keith tal-Kasco. Gravi ħafna ukoll l-istejjer dwar il-biċċa esproprijazzjoni ta’ Triq iz-Zekka l-Belt Valletta u anke l-kaz tal-Cafè Premier.
Huma gravi ħafna minkejja li sa issa għad m’hemmx provi ta’ korruzzjoni.
Mhux bħall-kaz tas-Segretarju Privat ta’ Tonio Fenech li quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ammetta akkużi ta’ korruzzjoni u weħel sentenza ta’ tlett snin ħabs sospiza. Dakinnhar kien hemm min ikkummenta li dan l-ex-Segretarju Privat kien refa’ ħafna iktar milli messu. Tonio Fenech dakinnhar kien qal li hu ma kellux x’jaqsam u ma kien jaf xejn.
Imbagħad tiġi Ann Fenech tipprova ddaħħaq bid-dnubiet tal-abbatini.
Huma gravi ħafna minkejja li sa issa għad m’hemmx provi ta’ korruzzjoni.
Jigifieri il-kas tal-ittra tal-veterinary assistant li m’hu hiex u qadd ma kien, biex ha l-permess l-zviluppatur tas-Siggiewi, u li l-PS Roderick Galdes ghadu ma ghamel xejn fuqhu wara xahrejn jahsiba mhux kas carissmu ta’ korruzzjoni?
Nahseb li iktar hu kaz ta’ abbuz gravi, minn dak li hu maghruf s’issa.