Silta mill-intervista li Andrew Azzopardi ghamel lil Carmel Cacopardo.
Jekk trid tara l-intervista kollha :
aghfas hawn ghall-ewwel parti
aghfas hawn ghat-tieni parti
Mistoqsija : Partit li jġib perċentaġġ u numru ta’ voti tant żgħir huwa worth l-isforz li tagħmlu?
Tweġiba : Din l-istess mistoqsija nimmaġina li kienet issir lill-Partit Laburista fis-snin 20 meta t-Tabib Pawlu Boffa u l-Partit Laburista kienu sandwich bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Kostituzzjonali ta’ Gerald Strickland.
L-ideal tagħna jiġġustifika kull sforz għax nafu li l-ewwel nett l-appoġġ li ngawdu hu ikbar minn dak rifless fil-voti li niksbu. Dan deher ċar waqt l-aħħar kampanja elettorali fejn in-nuqqas ta’ riżorsi għamilha diffiċli għalina biex inwieġbu fuq il-media b’mod partikolari meta ffaċċjati b’kampanja negattiva kif għamel il-PN kontra tagħna.
L-appoġġ potenzjali għal AD deher waqt l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2004 meta l-kandidat ta’ AD kiseb kważi 23,000 vot fl-ewwel għadd.
Hu inevitabbli li f’xi stadju l-monolit bipartitiku jrid jikkrolla. Kemm il-PN kif ukoll il-PL huma koalizzjonijiet opportunistiċi li jġibu flimkien persuni b’ideat tant differenti li jagħmilha prattikament diffiċli li jikkoeżistu politikament. Dan qiegħed jiġri presentement fil-PN. Fil-futur għad irid iseħħ fuq skala ikbar anke fil-PL.
Nahseb li iz-zmien itina parir