Taqta’ fejn taqta’ joħroġ id-demm

racetrack

L-argument dwar iċ-ċirkwit tal-tlielaq tal-karozzi qiegħed jiġi mpoġġi ħażin.

Uħud qed jgħidu li dan iċ-ċirkwit m’għandux jitqiegħed f’ODZ. Dan hu argument li min qed jagħmlu m’jafx x’inhu jgħid. Għax l-ebda ċirkwit tat-tlielaq tal-karozzi ma jsir ġo żona ta’ żvilupp.

Jiena nħares lejn il-materja b’mod ħafna differenti.

Nistaqsi: Għandna biżżejjed art għal din l-attività? Nafu li din l-attività tirrikjedi kwantità kbira ta’ art?

Tkun fejn tkun l-art ser toħloq xi forma ta’ impatt. Tista’ teffettwa raba’ li qed jintuża jew kien jintuża għall-agrikultura. Tista’ minflok teffettwa xagħri u allura l-impatt ikun iżjed wieħed fuq riżorsi naturali u bijodiversità. Dan apparti wirt storiku jew arkejoloġiku li jiddependi minn fejn tkun l-art.

Jekk min-naħa l-oħra l-proposta tkun viċin wisq l-abitat (kemm jekk ODZ kif ukoll, agħar jekk ġoż-żona ta’ l-iżvilupp) l-impatti fuq ir-residenti ser ikunu ta’ natura sostanzjali. Hemm l-impatti kkawżati mill-istorbju kif ukoll mit-tniġġiż tal-arja bħala riżultat tal-użu ta’ kwantità kbira ta’ fuel fit-tlielaq.

L-istorbju ma jeffettwax biss lill-bniedem. Jeffettwa ukoll lin-natura. Jeffettwa ukoll l-annimali fl-irziezet. Hemm diversi regoli u liġijiet dwar dan li jirrestrinġu ċerta attività bħalma hi dik tat-tlielaq tal-karozzi.

Jiġifieri taqta’ fejn taqta’ joħroġ id-demm.

L-art li ser tkun meħtieġa hi waħda sostanzjali. Qabel l-aħħar elezzjoni d-delettanti tal-isport tat-tlielaq tal-karozzi kienu taw indikazzjonijiet li l-art meħtieġ tista’ tkun bejn it-33 tomna u 40 tomna.

Mhux kull art li tista’ tkun magħżula ser ikollha l-istess impatt. Irridu nistennew u naraw għax tkun liema tkun l-art li ser tintagħżel ser toħloq problema. Peró din bil-fors ser tkun ODZ – barra miż-żona tal-iżvilupp! Għax ma tista’ tkun imkien iktar.

Meta nisma’ proposti bħal din dwar iċ-ċirkwit tat-tlielaq tal-karozzi huwa ċar li uħud donnhom għad ma jridux jaċettaw iċ-ċokon tal-pajjiż. Minħabba dan iċ-ċokon attività bħat-tlielaq tal-karozzi fl-opinjoni tiegħi ma jagħmlux sens.

One comment on “Taqta’ fejn taqta’ joħroġ id-demm

  1. Naqbel ma l-argument tieghek li taqta’ fejn taqta’ johrog id-demm. Izda dan il-fatt qatt ma ghogob lil hafna Maltin fosthom kaccaturi, nassaba, zviluppaturi, off-roaders, Papaq-isti etc. Issa, b’Dr. Joseph (Dubai) Muscat fuq it-tmun u ohrajn bhal Chris Agius PS ghar-Ricerka, Sport etc. u Roderick Galdes PS ghad-drittijiet tal-animali etc. “the sky is the limit”: jekk hux 80 tomna art jew 26850 vrieden fi stagun wiehed jew lukanda ta’ 6 stillel, jew universita ta’ 5 stillel u qamar felli. Viva Malta avvolja baqa ftit li xejn art helwa.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s