L-Enemalta qed tilqa’ applikazzjonijiet biex ikun regolarizzat is-servizz tal-elettriku fil-boathouses diversi f’Malta u Għawdex.
L-Enemalta qed tgħid li s-serq tal-elettriku jonqos drastikament jekk jingħata dan is-servizz. Iridu jsiru ħlasijiet diversi minn min japplika.
Donna li l-Enemalta ma tafx li s-serq tal-elettriku jonqos b’rata iktar drastika jekk jitwaqqgħu l-boathouses illegali.
Għax li qed jiġri issa hu li min seraq l-art biex fuqha għandu l-boathouse, bħal dawk tal-Aħrax tal-Mellieħa, qed jitħalla jgawdi dak li seraq, bil-kundizzjoni li jħallas tal-elettriku. Ikun ħafna aħjar jekk isir il-ħlas tal-elettriku misruq u tittieħed lura mill-Gvern l-art misruqa.
Is-serq hu kollu kundannabbli. Mhux biss is-serq tal-elettriku. Anke s-serq tal-art.