Il-Kummissjoni Elettorali: Joseph u Simon jappuntaw irġiel biss

electoral commisison 09.2015

Tħabbret il-Kummissjoni Elettorali ġdida. Ġdida sa ċertu punt, għax fil-parti l-kbira tagħha il-membri li għandhom kif inħatru kienu ukoll membri tal-Kummissjoni Elettorali li għadha kif spiċċalha l-perjodu tal-ħatra.

Safejn naf jiena membru wieħed biss hemm ġdid: Dr Victor Scerri li inħatar flok il-Maġġur Vanni Ganado.

Għal min qed jilmenta li l-Kummissjoni Elettorali fiha biss irġiel niġbed l-attenzjoni li l-Prim Ministru appunta ħamsa minn dawn l-irġiel u l-Kap tal-Opposizzjoni appunta erba’ oħra.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat appunta liċ-Chairman tal-Kummissjoni (Joe Church miċ-ċivil) u 4 mill-membri fil-waqt li l-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil appunta l-4 membri l-oħra.

Ir-responsabbiltà li ma ġiet appuntata l-ebda mara hi biss ta’ Joseph u Simon u ta’ ħadd iktar. Ma hemm ħadd f’min jistgħu jwaħħlu.

Advertisements