Il-petrol jorħos il-ġimgħa d-dieħla? 10 ċenteżmi il-litru?

Il-media lokali u internazzjonali qed tirrapporta li l-prezz taż-żejt fis-swieqi internazzjonali nieżel.

Qed jiġi imbassar li dawn il-prezzijiet jistgħu jibqgħu magħna tlett snin oħra, sal-2018.

Fir-Renju Unit is-supermarkets Asda, Sainsbury’s u Tesco l-bieraħ il-Ġimgħa ħabbru roħs immedjat ta’ 2 pence fuq kull litru għall-petrol bla ċomb. Qed jingħad li l-prezz jista’ jibqa’ nieżel fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin. Il-prezz tal-bieraħ tal-petrol bla ċomb kien ta’ £1.097 kull litru, u qed jingħad li fi żmien qasir dan jista’ jinżel sa £1 il-litru.

F’Malta sal-lum litru petrol bla ċomb qed jinbiegħ €1.35-il litru. Hemm pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja fejn jinbiegħ għola minn hekk.

Imma hemm ukoll fl-Unjoni Ewropeja diversi pajjiżi fejn il-petrol bla ċomb hu orħos minn Malta, per eżempju l-Polonja (€1.116-il litru), l-Estonia (€1.129), l-Awstrija (€1.142), il-Latvia (€1.146), il-Litwanja (€1.17), l-Ungerija (€1.173), il-Bulgarija (€1.176), il-Lussimburgo (€1.195), ir-Repubblika Ċeka (€1.221), ir-Rumanija (€1.222),  Spanja (€1.251), il-Kroatja (€1.275), Ċipru (€1.286), is-Slovenja (€1.331).

 

B’dawn il-prezzijiet, li probabbilment jorħsu ukoll matul il-ġranet li ġejjin, l-prezz ta’ litru petrol bla ċomb jiflaħ jorħos 10 ċenteżmi mill-inqas.

 

2 comments on “Il-petrol jorħos il-ġimgħa d-dieħla? 10 ċenteżmi il-litru?

  1. Kemm taghmel sens din il-kilba ghall-petrol “irhis”? 1. Petrol irhis jinkoraggixxi izjed uzu tal-karozzi privati u ta’ karozzi akbar, biz-zieda fit-traffiku f’toroq li ma jifilhux wisq izjed, u t-tniggies. 2. Petrol irhis inaqqas id-dhul mit-taxxa ghall-Gvern li bhal issa nahseb li tipprovdi parti mil-flus biex rahhas l-ilma u l-elettriku u jhallas is-sussidju ghat-trasport pubbliku. 3. F’termini ta’ sostenibilita u uzu ta’ fossil fuels, petrol irhis ghandu aspetti negattivi.

    • @ Edward Mallia
      Inti korrett f’dak kollu li qed tgħid.
      L-artiklu min-naħa l-oħra hu limitat għall-fatti. Li l-petrol qed jorħos u ser jibqa’ jorħos.
      Ilni nistenna minn dal-għodu biex nara x’tip ta’ kummenti ser jidħlu u dan hu l-ewwel wieħed fuq il-blog. Xi siegħa ilu kien hemm kummenti simili fuq facebook.
      L-argument għaldaqstant hu: bi prezz taż-żejt u l-prodotti derivati minnu għan-niżla x’jaqbel li jsir?
      Jibqa’ kollox bi prezz għoli u nissusidjaw iktar it-trasport pubbliku? Jew jorħos il-prezz tal-petrol u d-diesel bil-konsegwenzi kollha li issemmi int?
      Dan l-argument li irridu nindirizzaw. S’issa m’hux qed jiġi indirizzat.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s