Lenti fuq ir-rewwixta : 1) Il-karrotti

Ir-rewwixta li għaddejja bħalissa fil-Parlament fil-fehma tiegħi taf il-bidu tagħha  lir-rwol sekondarju li għandu l-backbench fuq in-naħa tal-Gvern.

Kellna diversi membri parlamentari li kienu kritiċi tal-Gvern tul din il-leġislatura, b’kull wieħed minnhom iżid id-doża. Jesmond Mugliette, Jean Pierre Farrugia, Robert Arrigo, Jeffrey Pullicino Orlando u dan l-aħħar xhur Franco Debono. Ftit li xejn kien hemm komuni bejniethom. Ilkoll ġejjin minn distretti differenti. Kuntrarjament għal li jiġri fil-Parlament ta’ diversi pajjiżi Ewropej jidher li ma kien hemm l-ebda koordinazzjoni bejniethom. Kulħadd ħadem għal rasu. Li ħadmu flimkien ir-riżultati kienu jkunu differenti u iżjed posittivi.

L-ewwel riflessjoni hi dwar ir-rwol tal-backbench.  Tradizzjonalment dan kien meqjus bħala il-qaddej fidil tal-front bench, iħejji ruħu sa ma jingħoġob biżżejjed biex jieħu promozzjoni ħalli jkun jista’ jservi lit-tmexxija.

Il-ħolqien tal-grad ta’ Assistent Parlamentari, l-ekwivalenti tal-Parliamentary Private Secretary fil-House of Commons, jiena nqiesu f’din id-direzzjoni.  Karrotta u sarima fl-istess ħin tant li kien hemm min ma aċċettax il-ħatra ta’ Assistent Parlamentari.

Karrotti oħra li tqassmu kienu postijiet eżekuttivi bħalma huma c-Chairmanship ta’ Kunsill tax-Xjenza u t-Teknoloġija u c-Chairmanship tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini.

Dan kollu huwa aljenazzjoni mill-funzjoni vera tal-membri parlamentari li hi li jissorveljaw il-ħidma tal-Gvern billi kontinwament jitolbuh jagħti kont ta’ egħmilu.

Dak li għamlu Mugliette, Farrugia, Arrigo, Pullicino Orlando u Debono. Setgħu għamluh aħjar, imma jekk iħarsu lejn il-ħidma ta’ dawk li ġew qabilhom ftit li xejn isibu x’jispirhom.

Ir-rewwixta qegħdet il-pedament għal backbench attiv li jirrifjuta li joqgħod kwiet, bil-karrotti jew mingħajrhom.

(darba oħra : 2. Il-lealta’)

2 comments on “Lenti fuq ir-rewwixta : 1) Il-karrotti

  1. Kemm huwa minnu dak li Perit Cacopardo jikteb! Il-hasra hi li, minflok li qaghad jismaghhom u jaghti kas dak li kienu qed jilmentaw dwaru, l-Onor. Prim Ministru sempliciment offrilhom flus il-poplu Malti billi tahom 10,000 ewro u ”ssekondjhom” biex iwettqu ”xoghol part-time” fil-Ministeri.
    Jien dan l-agir min-naha tal-Prim Ministru assolutament ma nistax naccettah u nqisu azjoni kontra l-Kostituzjoni Maltija.
    Ukoll, malli tela’ fil-gvern b’maggoranza ta’ membru wiehed biss l-ewwel haga li ghamel Dr. Gonzi kienet li lill-ex-Ministri li hu kien halla barra fl-amministrazjoni l-gdida kien tahom mal-Lm2000 – u qal li din kienet azjoni socjali sabiex ighinhom jirkupraw! Azzjoni ohra li tmur kontra d-demokrazija u s-serjeta!

  2. Nikkoregi ruhi – mhux Lm2000 kien tahom lill-ex-Mainistri imma, sa fejn naf, kien tahom Lm20000. U sabiex hadd ma jgerger jidhirli li kien ta wkoll din is-somma lill-Kap tal-Partit Laburista Dr. Alfred Sant.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s