Politka tan-Ngħam

 

Il-politika tal-Gvern dwar l-attivita nukleari fil-Mediterran hi politika tajba għan-ngħam. Ta’ min ideffes rasu fir-ramel biex ma jismax u ma jarax.

 

Fi tmiem il-ġimgħa l-oħra kien ippubblikat artiklu fil-gazzetta Taljana  Il Sole 24 Ore iffirmat mill-ġurnalista Federico Rendina. L-artiklu ntitolat Il Governo rilancia sull’atomo. Berlusconi: contatti per costruire centrali nucleari nei Paesi vicini. jimplika li Berlusconi qed jipprova jħajjar pajjiżi bħal Malta, l-Montenegro u l-Albania biex fihom jinbena impjant nukleari.

 

Wara tlett ijiem ta’ skiet u biss wara li AD ġibdet l-attenzjoni għall-artiklu, d-DOI ħareġ ċaħda li l-materja qatt kienet diskussa. Kompla biex qal li l-AD kienet irresponsabbli talli fil-publiku ġibdet l-attenzjoni għal dan l-artiklu. Il-fehma tiegħi hi li huwa rresponsabbli l-politiku li bħan-nagħma jdaħħal rasu fir-ramel u jibda jemmen li dak li hu m’huwiex jara ma jeżistix.

 

X’ser jiġri iktar dwar il-proġett nukleari Taljan għad irridu naraw.

 

 

Imma llum hemm oħra fil-gazzetti. Kummenti dwar iż-żjara tal-President tar-Repubblika fil-Libja. Il-ġurnalisti huma interessati fil-kwistjoni tal-impjant nukleari tal-Libja, għax bdew jifhmu kemm huma gravi l-konsegwenzi fuq Malta “jekk” xi ħaġa tmur ħażin meta jibda jopera l-impjant nukleari Libjan.

 

Karl Schembri għall-Malta Today minn Tripli jirrapporta li uffiċjal Malti qallu li l-kwistjoni nukleari hi “a non-issue” li tinteressa biss lill-media!

 

Mark Micallef għal The Times minn Tripli ukoll jirrapporta li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jqajjem mal-Libja l-kwistjoni nukleari.

 

Il-politika tal-Gvern Malti dwar in-nukleari fil-Mediterran hi politika għan-ngħam. U l-Opposizzjoni ? Billi qed jiżviluppa consensus fuq il-politika barranija, l-Opposizzjoni baqgħet ħalqa magħluq hi ukoll !

2 comments on “Politka tan-Ngħam

  1. Hawn Malta pajjiz ckejken, hu jekk ikun hemm incident nukleari qrib ta pajjizna se jigri? . Min jaf ghadx nispiccaw refugjati mhux tal -gwerra, imma refugjati ta l-ambjent.

  2. Ezatt John. Apparti minn hekk anke jekk l-incident ikun zghir, jaf ihalli effetti koroh hafna bhal radioactivity fil-bahar li biss biss jaghmel hsara kbira ghall industrija tas-sajd u t-turizmu. U dan jekk l-incident ikun zghir, ahseb u ara

Leave a comment