Dritt għall-privatezza: tagħna lkoll

 

L-aħbar li l-Gvern ser jistalla bi prova cameras closed circuit (CCTV), fil-pubbliku, abbinati ma teknoloġija ta’ għarfien tal-wiċċ (facial recognition) hija inkwetanti. Dan għaliex din hi miżura sproporzjonata li tissagrifika l-privatezza tan-nies fuq l-artal tat-taparsi sigurta` nazzjonali. Dan minħabba li din it-teknoloġija ser tintuża b’mod indiskriminat u mingħajr kontrolli serji.

Kif għidna l-bieraħ Alterattiva Demokratika, permezz ta’ stqarrija, hemm ħtieġa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar din il-miżura bl-iskop li jiġu determinati x’limiti raġjonevoli għandu jkun hemm fl-applikazzjoni ta’ din it-teknoloġija. Użata tajjeb, b’mod limitat u f’ċirkustanzi addattati din it-teknoloġija tista’ tkun ta’ ġid imma f’idejn żbaljati, b’użu indiskriminat u f’sitwazzjonijiet normali tal-ħajja tista’ tkun strument ta’ ripressjoni.

Kemm smajna diskors din il-ġimgħa dwar il-ħtieġa li tkun protetta l-privatezza ta’ xi politiku li presentement qiegħed f’sitwazzjoni diffiċli.

Il-privatezza ta’ kulħadd teħtieġ li tkun imħarsa, mhux tal-politiċi biss!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s