Smajna fl-aħbarijiet bid-deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxiplina tal-UEFA li tissospendi sitt żgħażagħ Maltin, tnejn minnhom għal għomorhom, wara investigazzjoni dwar il-logħba futbol bejn Malta u l-Montenegro ta’ taħt il-21 sena ta’ nhar it-23 ta’ Marzu 2016.
Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr Angelo Chetcuti ġustament qal li din id-deċiżjoni hi daqqa ta’ ħarta għall-futbol Malti.
Imma tajjeb li nirriflettu ftit.
Dawn iż-żgħażagħ huma prodott tal-istess pajjiż. Il-pajjiż ta’ Pilatus, il-pajjiż ta’ Egrant, il-pajjiż tal-iskandlu tal-Premier, tal-invoices foloz, tal-iskandlu taż-żejt, tat-tixħim tal-kontijiet tal-iskejjel, tal-Vitals, tal-amnestiji waħda wara l-oħra dwar l-evażjoni tat-taxxa ……….. u ta’ tant affarijiet oħra.
F’dan il-pajjiż mhux biss qiesu ma ġara xejn talli min hu maħmuġ xejn ma jistħi jikkampanja kontra l-korruzzjoni u favur il-governanza tajba!
Hawn xi ħadd li jista’ jiskanta li issa għandna anke żgħażagħ taħt il-21 sena imċappsin?
Il-korruzzjoni fil-futbol hi sintomu ieħor li pajjiżna marid, u marid sew!
Imma kemm tiflah tkun patetiku, il-korruzzjoni fil-futbol ilha minn zmien il-50ijiet u illum tigi un tghid li hu sintomu ta’ pajjiz marid. Mela Malta ilha marida u tinsiex sur Cacopardo kien hemm zmien meta int kont tifforma parti minn wiehed mill-gvernijiet fil-passat u ma ghamilt xejn biex tfejjaq lil Malta mill-mard li kellha.
Meta tipprova tinqieghda b’materja appolitika u ddawwar f’ballun politiku dan jissejjah IPPOKRESIJA.
L-ewwel nett meta ma taqbilx mieghi m’ghandekx htiega li tinsulentani. It-tieni, naf li l-korruzzjoni fil-futbol m’hiex xi haga gdida, imma dan ma jnaqqas xejn mill-fatt li hi sintomu ta’ pajjiz marid. It-tielet: jiena qatt ma kont nifforma parti minn l-ebda Gvern. Il-Gvern hu maghmul mill-Membri Parlamentari li jintaghzlu biex jiffurmaw parti mill-Kabinett. Qatt ma kont la membru parlamentari u l-anqas fil-kabinett. Kont membru tal-PN ghal diversi snin sakemm irrezenjajt ghaxar snin ilu ghar-ragunijiet imfissra fl-ittra ta’ rizenja tieghi. Din l-ittra jekk trid tista’ taqraha hawn: https://carmelcacopardo.wordpress.com/ittra-ta-rizenja…/