L-FKNK: tad-daħq, kieku mhux tal-biki

referendums

 

 

Tal-IVA isselfu ritratt tiegħi u Arnold li użajna fil-kampanja għall-Parlament Ewropewf’Mejju 2014. Qed ixerrdu riklam li fih qed jgħidu “Tħallihomx jużawk”. Iktar minn hekk wieħed jismu Jonathan  Bonnici għoġbu jżejjen  ir-ritratt tiegħi u ta’ Arnold bil-kumment “ma telawx fil gvern u jridu jiggvernaw bir-referendums! Thallijomx”.

Ilna nafu li l-lobby tal-kaċċa huma kontra l-kunċett tar-referendum. Għax jidhrilhom li hu iktar faċli tagħmilha ta’ bully ma partit politiku u tieħu minn għandu dak li trid milli tagħmel l–argument tiegħek mal-poplu u tbaxxi rasek għar-rieda tiegħu f’referendum.

Ir-referendum li jsir bħala riżultat tal-ġbir tal-firem huwa għodda demokratika li f’Malta ilu magħna 19-il sena imma qatt ma intuża.

Dan id-dritt demokratiku ser nagħmlu użu minnu għall-ewwel darba nhar il-11 t’April .

Bir-referendum ma tiggvernax! Imma bir-referendum (abrogattiv) hu possibli li l-poplu Malti jibdel id-deċiżjoni żbaljata li ħadu l-Gvernijiet Maltin dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Nhar il-11 t’April il-poplu Malti jiddeċiedi bil-vot tiegħu. U kulħadd ibaxxi rasu.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s