Il-mistoqsija li ser ikollna quddiemna fir-referendum abrogattiv hija importanti. Għax meta ngħidu IVA jew LE dan ser ngħiduh bi tweġiba għall-mistoqsija li jkollna quddiemna.
Il-mistoqsija li ser inwieġbu hi din :
Bil-Malti
Taqbel illi d-dispożizzjonijiet tar-“Regolamenti dwar Qafas biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftah l-Istaġun għall-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa” (Leġislazzjoni Sussidjarja 504.94) għandhom jibqgħu fis-seħħ?
Bl-Ingliz
Do you agree that the provisions of the “Framework for Allowing a Derogation Opening a Spring Hunting Season for Turtle Dove and Quail Regulations” (Subsidiary Legislation 504.94) should continue in force?
Id-dokument tal-vot ikun fih din il-mistoqsija (kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz) u mbagħad taħt il-mistoqsija ikun hemm iz-zewġ kaxxi kif jidher hawn fuq : waħda bl-isfar fejn tivvota IVA/YES u l-oħra bil-kannella fejn tivvota LE/NO.
Il-mistoqsija hi waħda ċara. Tistaqsina jekk naqblux jew le mar-regolamenti li jippermettu li jkun hawn kaċċa fir-rebbiegħa. Min jaqbel li l-kaċċa fir-rebbiegħa tibqa’ jivvota IVA u min ma jaqbilx jivvota LE.