Il-Malta Today tal-lum kompliet tagħti serviżż dwar ir-referendum abrogattiv. Illum spjegat f’iktar dettall is-sondaġġ ippubblikat fi tmiem il-ġimgħa.
Is-sondaġġ huwa ritratt li hu validu fil-mument li ittieħed. Jiġifieri bħalissa l-votanti qed jaħsbuha b’dak il-mod li ġie rappurtat.
Illum jidher li fil-pajjiż hemm distakk ta’ madwar 7%, bil-maġġoranza ta’ dawk li esprimew ruħhom jiddikjaraw li ma jaqblux mal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li din mhux l-aħħar kelma. Għax għad hemm persentaġġ mhux żgħir ta’ votanti li qalu li għadhom ma iddeċidewx jekk hux ser jivvutaw jew le. Dawn jistgħu eventwalment verament ma jivvutawx, inkella jista’ jkun li wara kollox jiddeċiedu li dakinnhar imorru u jixħtu l-vot tagħhom favur naħa jew oħra. Għad baqa’ 38 ġurnata sa ma nivvutaw.
Il-ġirja sal-barkun! Għad baqa’ ħafna xogħol xi jsir sal-11 t’April biex inwasslu l-messaġġ favur l-għasafar u d-dritt ta’ aċċess għall-kampanja.