Attenti ………. għax ġej ir-referendum

thallihomx 2

Tal-FKNK ilhom ftit għaddejjin bil-ħrafa li r-referendum tal-11 t’April hu l-ewwel minn sensiela ta’ referenda. Anzi hemm min qal li jiena u Arnold li ma tlajniex fil-Parlament irridu minflok immexxu lill-pajjiż bir-referendum! Allura skond dawn qed inħejju referendum wieħed wara l-ieħor, ovvjament biex inkunu nistgħu niggvernaw!

L-Imħallef Giovanni Bonello diġa spjega għaliex dan mhux possibli li jsir. Huwa biżżejjed li jħarsu lejn dawn l-aħħar dsatax-il sena [kemm ilha teżisti l-liġi dwar ir-referendum abrogattiv]. Taf kemm-il referendum abrogattiv kellna f’Malta? Xejn!

Dan hu l-babaw tar-referendum fuq id-delizzji li bih qed tipprova tbeżża’ l-FKNK. Issa kieku kien daqshekk faċli, ma taħsbux li kellna ftit iktar referenda tul is-snin?

Daqshekk huma ħrafa l-argumenti tal-FKNK !

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s