Pinocchio qiegħed jistħi

pinocchio 2

 

Segwejt dak li qed jirrappurtaw il-ġurnali online dwar ix-xhieda li Giovanni Kessler Direttur Ġenerali tal-OLAF qiegħed jagħti fil-kumpilazzjoni ta’ Silvio Zammit.

Fix-xhieda, kif tistgħu taraw fir-rapporti jissemmew €60 miljun bħala l-ispiża biex is-Snus ma jibqax ipprojibit fl-Unjoni Ewropeja.

Waħda mill-gazzetti semmiet lil Pinocchio fir-rappurtaġġ tagħha.

Immedjatament ħarġet stqarrija ta’ John Dalli li fiha qed jakkuża lil Giovanni Kessler li qiegħed jigdeb.

Ovvjament xi ħadd qiegħed jigdeb bil-goff. Tant li naħseb li anke Pinocchio kien jistħi.