Il-falsità tal-Onorevoli Jason Azzopardi

L-Onorevoli Jason Azzopardi jipprova jipproġetta lilu nnifsu bħala xi qaddis miexi fl-art.

Kull meta jiftaħ ħalqu qed jagħmel il-ħsara. Mhux għax dak li jgħid ikun żbaljat imma għax m’għandux kredibilità.

Inutli joqgħod jagħmel it-tejatrin fuq dawk li gawdew minn fuq dahar Yorgen Fenech jew minn fuq it-Tumas Group, meta huwa stess qed jikkonferma li hu ukoll gawda minn fuqhom. Il-ħlas għal kemm dam fil-lukanda Hilton ta’ Tel Aviv hu kaz wieħed. Ma naf jekk hemmx iktar.

Nafu li għandu tlett rapporti tal-Awditur Ġenerali dwaru li ma tantx ipinġuh bħala xi qaddis.

Issa sirna nafu li għaddejja ukoll inkjesta dwar l-operat tad-Dipartmenti li kienu jaqgħu taħtu meta kien Ministru. Xi snin ilu l-kaz kien ukoll quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament meta id-Direttur Ġenerali ta’ dak li kien d-Dipartiment tal-Artijiet kien xehed li “Jason Azzopardi kien jaf b’kull ma kien qiegħed jiġri dwar propjetà tal-Gvern fi Spinola li dwarha jidher li hemm it-taħwid.”

Jekk Jason Azzopardi hu l-wiċċ ta’ x’jemmen il-PN b’governanza tajba ma nafx kif s’issa għadhom ma rrealizzawx li bi biedem falz fuq quddiem ma tistax taqta’ figura tajba! L-anqas tista’ titwemmen.

One comment on “Il-falsità tal-Onorevoli Jason Azzopardi

  1. Mela ma kontx taf, Perit, li Dr Jason Azzopardi huwa wiehed minn dawk il-qaddisin li ghandna jimxu fl-art? Niftakru jiffirma bl-ahdar bhall-idolu tieghu, i.e. dak li ghamlulu statwa quddiem il-Qorti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s