Dal-għodu waqt li bosta għadhom reqdin, jew forsi bdew jaħsbu biex iqumu diġa cempluli minn Ħal-Balzan jilmentaw li xi kuntrattur qiegħed għaddej b’xogħol ta’ kostruzzjoni.
Tajjeb li tkunu tafu li dan hu illegali għax bil-liġi, nhar ta’ Ħadd u fil-festi pubbliċi ma jista’ jsir l-ebda xogħol ta’ kostruzzjoni. Dan skond ir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali ta’ siti ta’ Kostruzzjoni . (Skeda III – Estratt fir-ritratt)