Fi Franza, b’ġest ta’ solidarjetà wara l-qtil tal-qassis anzjan Jacques Hamel fil-knisja f’Saint Etienne du Rouvray, il-Musulmani attendew il-Knisja waqt il-quddiesa f’diversi partijiet ta’ Franza.
Imma f’Malta, mimlija qaddisin, iwieġbu bl-insulti tal-bacon fil-Koran fl-Isptar Mater Dei. Xi żmien ilu kien hemm min qassam l-ħobż bil-perżut quddiem il-Knisja tal-Imsida!
L-ikbar għadu ta’ dan is-seklu hu l-injoranza u l-mibgħeda.
Toffendi is sentimenti ta xi parti mis socjeta mhux xi haga li naqbel maghha personalment, izda ma hi xejn hdejn il qtil sistematiku ispirat minn dak il ktieb u dak li xerrdu fost l umanita. Ifthu ghajnejkom u indunaw illi iz zmien wasal li tqum rezistenza kontra l Islam. Mhux jien qed nghid, izda l ahbarijiet u Hafna aktar minn hekk, il kummenti tan nies. U ma hemm xejn li jista wished jaghmel. Il mistoqsija hija din: int ma liem Naha ha izomm fdin il gwerra?
Niddejjaq inwieġeb lil min jibża’ juri ismu. Imma jekk ser nippubblika l-kumment tiegħek ikolli nwieġbek.
Ma hawn l-ebda gwerra organizzata mill-Iżlam. Hawn numru ta’ persuni li jsejħu lilhom infushom Musulmani li huma vjolenti. Bl-istess mod li snin ilu kien hemm min inqeda bir-reliġjon nisranija biex ħarbat u seraq artijiet sħaħ. U nqatlu miljuni ukoll f’isem is-salib!
Mhux ser nistaqsik fejn kont!
Hawn it-terroriżmu li ilu jeżisti minn żmien żemżem. Hawn ukoll popli sħaħ imweġġgħin u mgħakksa. Imweġġgħin għax pajjiżhom ġie mqaxxar minn ġidu. Mgħakksa ukoll min-nieshom stess li jridu jisirqu dak li baqa’. Imbeżżgħin minn mexxejja armati bl-armi li inbieghu mill-Punent li jmexxu b’id tal-ħadid biex ikomplu jistgħanew.
Ma dan żid l-impatt tan-nixfa u l-impatt tal-klima b’mod ġenerali li għamlet ħerba minn diversi pajjiżi li għandhom l-ekonomija tagħhom ibbażata fuq l-agrikultura.
Minn dawn ir-realtajiet qed jaħarbu in-nies.
Pajjizna qatt ma kien involut fin-negozju tal-armi. L-anqas ma okkupa artijiet barranin. Imma dejjem inqabad fin-nofs fl-inkwiet kollu li inqala’. Inkluż fiż-żmien twil li kien kolonja.
In-nies teħtieġ l-għajnuna, l-modrija u s-solidarjetà. Fuq dik in-naħa qiegħed jien.