Dissett bejn tnejn. Bejn tlieta mnejn safejn?

Broadcasting Authority-Malta

Fil-polemika li għaddejja bħalissa bejn l-Awtorita’ tax-Xandir u l-PBS dwar jekk id-dibattitu għandux ikun bejn tnejn, l-Awtorita’ għal darba oħra qed tinsa li kemm il-PN kif ukoll il-PL għandhom stazzjoni tat-TV kull wieħed li fuqu jistgħu jxandru kemm iridu dibattiti. Għal 24 siegħa sħaħ. Bla waqfien.

L-Awtorita’ tax-Xandir ma tridx tifhem li b’dawn it-tip ta’ deċiżjonijiet irrendew lill-istazzjon tat-TV pubbliku qiesu pjanu stunat, għax il-leħen ta’ Alternattiva Demokratika jirrifjutaw li jħalluħ jinstema.

Tafu għaliex jagħmlu dan? Għax 4 minn 5 membri tal-Awtorita huma nominati mill-partiti politiċi fil-Parlament, tnejn mill-PN u t-tnejn l-oħra mill-Labour. U biex jassigura ruħu l-Prim Ministru jinnomina c-Chairman, il-ħames membru.

Meta taf li l-partiti fil-parlament għandhom stazzjon tat-TV kull wieħed b’dawn it-tip ta’ deċiżjonijiet l-Awtorita’ tax-Xandir qed titqazzet.

2 comments on “Dissett bejn tnejn. Bejn tlieta mnejn safejn?

  1. Huwa minnu li hawn Malta ix-Xandir kien – u ghadu – immanipulat mill-Amministrazzjoni li tkun qed tiggverna. Kontra dak li jghid il-Prim Ministru, mhux veru li l-PBS jaghti kunsiderazzjoni ghall-interess u drittijiet tal-poplu kollu. Kien u ghadu jdoqq skond ma jiddettawlu l-politici, avolja jekk dawn ikollhom biss maggoranza parlamentari ta’ siggu wiehed.
    Din hija t-trasparenza li l-P.M. jiftahar biha? Ghaliex lill- Alternattiva Demokratika l-PBS ma jhallihiex issemma’ lehenha mal-poplu? Dan mhux sew.
    Nahseb li l-gvern ta’ Lawrence Gonzi ma jkunx komdu ikollu nies li jafu johorgu b’argumenti validissimi u b’oggettivita shiha jsemmu lehenhom fuq il-mezzi tax-xandir meta tkun gejja elezzjoni!
    Ghax min abbuza kemm il-darba bi flus il-poplu, qabbad konsulenti bla bzonn u ggverna b’inefficenza u b’arroganza m’uwiex lest ihalli min jikkritikah fil-berah.
    Hu ghalhekk li l-PBS sfortunatament qeghdin jonqsu….ghax hekk jordnalhom min ihallashom!

  2. Local broadcasting wherever politics is involved has become a veritable pigsty of manipulation and agendas. And the way the authority is structered and operates reeks like the ground below the pigs.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s