Il-korruzzjoni: meta din tiffinanzja l-kampanja elettorali tal-Ministru

euros-loads-of-money

Il-liġi elettorali tistabilixxi li kandidat għall-elezzjoni ġenerali m’għandux jonfoq iktar minn €1,400 (l-ekwivalenti ta’ Lm600). Dan l-ammont jinkludi dak li jonfqu f’isem il-kandidat il-“ħbieb tiegħu”.

Kemm-il kandidat ser jinjora dan il-limitu fl-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 u qiesu ma ġara xejn?

Il-problema mhiex biss l-ammont minfuq, iżda iktar u iktar minn fejn jiġu dawn il-flejjes. Malajr tifhmu għaliex għal sena wara l-oħra jkollna t’kaxkir tas-saqajn biex ikollna liġi suriet in-nies dwar il-finanzjament tal-politika.

Minn fejn jiġu dawn il-flejjes?

Tweġiba żgħira ħadniha meta Noel Borg Hedley, dak li kien Segretarju Privat ta’ Tonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, ammetta fil-Qorti, li kkorrompa ruħu billi aċċetta l-flus biex jinfluwenza proċess amministrattiv. Il-flus tal-korruzzjoni li irċieva mingħand żviluppaturi (l-ahwa Jeffrey u Peter Montebello) għamel użu minnhom fil-kampanja elettorali tal-Ministru Tonio Fenech.

Għal Lawrence Gonzi jidher li qiesu ma ġara xejn meta fil-Qorti saret dikjarazzjoni ċara li l-korruzzjoni iffinanzjat il-kampanja elettorali ta’ wieħed mill-Ministri tiegħu.

Qed ngħid wieħed: għax b’dak nafu.

Mhux biss l-imħallfin ……………..

moneylaundering

L-ewwel aħbar interessanti ippubblikata din is-sena hi ta’ investigazzjoni fl-Italja dwar ħasil ta’ flus. Ir-rapporti ġew ippubblikati fil-media tal-GWU, fl-Orizzont u f’iNews u jirrigwardaw żewg persuni afdati sewwa mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. Żewġ persuni li kienu għodda li intużaw fid-diversi postijiet fejn inħatru matul dawn l-aħħar snin.

Il-posizzjoni li għadhom qed jokkupaw dawn iż-żewġ persuni fil-Malta Enterprise u Transport Malta jirrikjedu azzjoni immedjata min-naħa tal-Gvern.

Mhux biss l-imħallfin jixħtu d-dellijiet meta jkunu taħt investigazzjoni!