Angelo Gafà jiftiehem ma’ tal-Muzewijiet

Donnu li issa ser neħduha drawwa. Kollox bil-maqlub.

Il-Kamra tal-Periti ftehmet mal-iżviluppaturi. Issa l-Kummissarju tal-Pulizija ftiehem ma Heritage Malta.

X’jonqos? Li l-Pulizija tiftiehem ma’ Yorgen Fench f’isem ir-residenti ta’ Kordin?

Għax donnu li ma dawk li għandhom ċans li jiksbu residenza Kordin fit-tul, qiesu diġa ftehmu.

Lill-Korp tal-Pulizija irrendewh f’Mużew, u xogħolhom qajla jagħmluh.

Għaliex għaddew dawn is-snin kollha u l-kriminali l-kbar għadhom jiġru mas-saqajn?

Hemm għalfejn tkun il-Qorti biex tordna li jittieħdu passi kontra dawk li ħawwdu fil-balbuljata tal-isptarijiet? Meta ser tintrefa’ r-responsabbiltà kriminali fil-kaz tal-Vitals Global Healthcare? Meta ser iwieġbu għal għemilhom il-kriminali ta’ Kastilja u tal-Mile End?

Mhux aħjar jaghmel xogħolu sew il-Kummissarju flok joqgħod jgħaddi ż-żmien fil-Mużew tal-Pulizija?

Leave a comment