Mill-Manifest ADPD: (5) finanzjament tal-partiti mill-istat

L-iskema diġa eżistenti ta’ finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat, li preżentement hi limitata għall-partiti politiċi fil-parlament, għandha tkun estiża għall-partiti politiċi kollha reġistrati u dan billi kull sena kull partit politiku li jikseb tal-inqas 1% tal-voti f’elezzjoni ġenerali, jew f’elezzjoni tal-Parlament Ewropew inkella fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali jirċievi direttament mill-istat għotja kull sena għal kull vot miksub.