Vot ta’ fiduċja li ma jfisser xejn

Il-Grupp Parlamentari Laburista iktar kmieni approva vot ta’ fiduċja f’Joseph Muscat b’mod unanimu. Xejn ma għandna nkunu sorpriżi b’dan. Min ħaseb li ser ikun hemm xi riżultat ieħor mhux jgħix f’dinja.

Dan seħħ minkejja li privatament il-parti l-kbira jindikaw mod ieħor. Imma fl-aħħar kollha jafu li fiċ-ċirkustanzi kif inhuma, jekk jinżel il-Mexxej, jinżlu kollha miegħu. Vot favur il-Mexxej hu għaldaqstant vot favur tagħhom stess, vot favur l-istatus quo.

Imma mhux l-istess ħaġa jista’ jingħad għall-bqija. Dawk li tkellmu kollha qalu li huma mħassbin bis-sitwazzjoni, anke jekk ma assoċjawx ruħhom pubblikament ma kritika immirata lejn persuni partikolari.

Imma ilkoll jafu li d-deċiżjoni li jkunu mwarrba dawk li għamlu u qed ikomplu jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż tiddependi biss fuq deċiżjoni ta’ Joseph! Fl-aħħar minn l-aħħar, għaldaqstant, jekk għandhom fiduċja f’Joseph ikollhom joqgħodu u jigdmu lsienhom ukoll. Ir-reputazzjoni tal-pajjiż qed jissagrifikawha fl-interess tal-partit bil-konsegwenza li din qed timmultiplika ruħha bil-minuti.

Niftakru li anke Lawrence Gonzi rebaħ “bl-unuri” il-vot ta’ fiduċja li sejjaħ. Imma wara qala’ tkaxkira kbira. Jiġifieri l-vot ta’ fiduċja fl-aħħar mill-aħħar ma jfisser xejn.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s