Is-Summit ta’ Burmarrad

Il-bieraħ sa tard fil-għaxija kien hemm summit f’Burmarrad bejn Joseph Muscat u Keith Schembri.

X’ġie diskuss?

Mill-aħbarijiet ta’ dalgħodu ħarġet ir-risposta li Keith Schembri dal-għodu kellu appuntament id-Depot tal-Pulizija. Wara l-avvenimenti ta’ dawn l-aħħar ġranet hu ovvju li l-Kasco għandu ħafna xi jwieġeb.

Meta wieħed iqis li l-ġimgħa l-oħra Joseph Muscat qal li jaf ħafna u ilu 24 xahar jistenna biex jgħid dak li jaf ma tantx jitwemmen meta dalgħodu ġie ikkwotat jgħid li m’għandux idea dwar xiex inġabar Keith.

Il-vot ta’ fiduċja tal-bieraħ ma jiswa’ għalxejn.

Nistennew u naraw min imiss wara Keith Schembri.

Iktar ma jgħaddi ħin iktar qed isir ċar għal kulħadd li jiem Joseph Muscat huma magħduda.