Żejtun Airways

Fl-intervista tiegħu fis-Sunday Times ta’ nhar il-Ħadd li għadda, Bertie Mizzi, li kien l-ewwel Chairman tal-Air Malta, fisser kif sa mill-bidunett kienu jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-Air Malta meta kienu jimpjegaw in-nies mal-kumpanija.

Fl-intervista jingħad is-segwenti :

“When I was at Air Malta, at Budget time the minister used to go around to see what employment he could factor in for the following year.

“He’d say: ‘Who will Air Malta be employing next year? I’d reply, ‘nobody, because we don’t need anyone’. And the response would be that the airline had to take at least 100 people whether you like it or not.”

Ic-Chairman dak iż-żmien kien Bertie Mizzi. Il-Ministru kien il-Membru Parlamentari elett miż-Żejtun, Wistin Abela.

Għalhekk dak iż-żmien l-Air Malta kienet qiesha Żejtun Airways!

PS : Għal iżjed dettalji aqra Air Malta: a reminder is always useful.   Tiffriska ftit il-memorja!

3 comments on “Żejtun Airways

  1. Dak li jigri meta l-politikanti jpoggu l-ewwelnett l-interess personali u dak tal-Partit QABEL l-interess nazzjonali.
    Il-Labour Party, kif konna nsibuh, ghamel bosta affarijiet bhal dawn – u qieghed ipatti qares ghal dak li sfortunatament kien sar.
    Pero barbuljati saru wkoll mill-Partit Nazzjonalista ghaliex dawn ukoll ipoggu l-interess personali u tal-Partit QABEL dak nazzjonali.
    U dan l-atteggament negattiv ghadu sejjer sal-lum ghax kif tispjega li flus il-poplu intuzaw sabiex il-gvern ”jikkalma” u ”jaghlaq halq” kemm l-ex Ministri li ddroppja mill-amministrazzjoni prezenti kif ukoll il-”backbenchers” li baghtuhom jaghmlu ”xoghol part-time” fil-Ministeri??? U ma ninsewx iz-zieda ta’ 500e fil-gimgha li l-Kabinett ta lilu nnifsu wara dahar kulhadd!
    Forsi il-PN ghad jiddispjacih li dawn l-affarijiet – u bosta ohra – saru kemm fil-passat remot kif ukoll fil-passat immedjat.
    Il-politika Maltija mahmuga….u kif!
    U l-poplu dejjem minn taht!

  2. Hawn hi hadd li jaf jghid kemm iddahlu haddiema tal-post minn 2000 minkejja li d-dawl beda jteptep orange? Ghaa dejjem jissemma biss x`gara taht Gvernijiet Laburisti#???????????????????

    • M’huwiex korrett li tghid li dejjem jissemma biss x’gara taht Gvern Laburista. F’din il-blog jiena irriproducejt l-artiklu ta’ Michael Mallia li jitkellem fuq x’gara fi zminijiet ohra ukoll. Jekk ghandek pacenzja taqrah hemm il-link fit-tarf tal-post Zejtun Airways !

      Inzid nghid li f’dan il-post qed nillimita ruhi ghall-operat tal-kumpanija taht ic-Chairmanship ta’ Bertie Mizzi, Ghax Bertie Mizzi (fl-intervista lis-Sunday Times tal-Hadd 25 ta’ Marzu 2012) tkaza b’li qal il-Ministru (Wistin Abela) imma ma qalx li hu bhala Chairman implimenta dak li ried il-Ministru. Li kien serju kien jirrifjuta li jwettaq dak li ried il-Ministru u ovvjament kien jinbidel minnufih.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s