Bertie Mizzi u Manoel Island

Bertie Mizzi jrid idaħħaq.

Fl-intervista fuq is-Sunday Times tal-Ħadd li għadda qalilna li l-politiċi kollha (ħlief dawk li kienu Prim Ministri) għandhom nuqqas fid-dipartiment tal-onesta. Il-Prim Ministri kollha li ħadem magħhom, qalilna, kienu kollha nies ta’ subgħajhom dritt. Ikun hemm ċans nikkummenta fuq dan. Illum ser nillimita ruħi ghal dak li qal dwar Manoel Island.

Berti jidher li beda jikkonverti. Qalilna li minkejja li qabbad l-aħjar nies illum qed jifforma opinjoni oħra differenti (għandu second thoughts) dwar l-iżvilupp ta’ Tigne. Jikkonsla għax jgħid li tagħmel x’tagħmel dejjem ser issib x’tikkritika!

Berti lest biex ma jagħmel xejn, qal, (l-ebda żvilupp fuq Manoel Island) jekk ikun ikun ikkumpensat għall-ispejjes li għamel (expenses and unrecoverable costs jgħid Bertie).

Jidher li Bertie inkwietat : We will not be accused of raping Manoel Island when it was the government that issued this tender in the first place.”

Ir-responsabbilta’ ghar-“rape of Manoel Island” qed jgħidilna Bertie Mizzi hi tal-Gvern, mhux tiegħu! Mhux biss, qalilna ukoll li l-Parlament kollu qabel miegħu għax il-proposta għall-iżvilupp ta’ Manoel Island kienet approvata unanimament mill-Parlament.

Dan kollu (li l-Parlament approva l-proposta għal-iżvilupp ta’ Manoel Island b’vot unanimu) ma jfissirx li din hi deċiżjoni tajba. Ifisser biss li fid-dinja tal-flus il-PN u l-PL m’hemmx x’tagħżel bejniethom.

It-tnejn jaqblu ma Bertie Mizzi li hu fil-business. U għal Bertie business is business!