Fl-intervista tiegħu fis-Sunday Times ta’ nhar il-Ħadd li għadda, Bertie Mizzi, li kien l-ewwel Chairman tal-Air Malta, fisser kif sa mill-bidunett kienu jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-Air Malta meta kienu jimpjegaw in-nies mal-kumpanija.
Fl-intervista jingħad is-segwenti :
“When I was at Air Malta, at Budget time the minister used to go around to see what employment he could factor in for the following year.
“He’d say: ‘Who will Air Malta be employing next year? I’d reply, ‘nobody, because we don’t need anyone’. And the response would be that the airline had to take at least 100 people whether you like it or not.”
Ic-Chairman dak iż-żmien kien Bertie Mizzi. Il-Ministru kien il-Membru Parlamentari elett miż-Żejtun, Wistin Abela.
Għalhekk dak iż-żmien l-Air Malta kienet qiesha Żejtun Airways!
PS : Għal iżjed dettalji aqra Air Malta: a reminder is always useful. Tiffriska ftit il-memorja!