Bertie Mizzi u Manoel Island

Bertie Mizzi jrid idaħħaq.

Fl-intervista fuq is-Sunday Times tal-Ħadd li għadda qalilna li l-politiċi kollha (ħlief dawk li kienu Prim Ministri) għandhom nuqqas fid-dipartiment tal-onesta. Il-Prim Ministri kollha li ħadem magħhom, qalilna, kienu kollha nies ta’ subgħajhom dritt. Ikun hemm ċans nikkummenta fuq dan. Illum ser nillimita ruħi ghal dak li qal dwar Manoel Island.

Berti jidher li beda jikkonverti. Qalilna li minkejja li qabbad l-aħjar nies illum qed jifforma opinjoni oħra differenti (għandu second thoughts) dwar l-iżvilupp ta’ Tigne. Jikkonsla għax jgħid li tagħmel x’tagħmel dejjem ser issib x’tikkritika!

Berti lest biex ma jagħmel xejn, qal, (l-ebda żvilupp fuq Manoel Island) jekk ikun ikun ikkumpensat għall-ispejjes li għamel (expenses and unrecoverable costs jgħid Bertie).

Jidher li Bertie inkwietat : We will not be accused of raping Manoel Island when it was the government that issued this tender in the first place.”

Ir-responsabbilta’ ghar-“rape of Manoel Island” qed jgħidilna Bertie Mizzi hi tal-Gvern, mhux tiegħu! Mhux biss, qalilna ukoll li l-Parlament kollu qabel miegħu għax il-proposta għall-iżvilupp ta’ Manoel Island kienet approvata unanimament mill-Parlament.

Dan kollu (li l-Parlament approva l-proposta għal-iżvilupp ta’ Manoel Island b’vot unanimu) ma jfissirx li din hi deċiżjoni tajba. Ifisser biss li fid-dinja tal-flus il-PN u l-PL m’hemmx x’tagħżel bejniethom.

It-tnejn jaqblu ma Bertie Mizzi li hu fil-business. U għal Bertie business is business!

2 comments on “Bertie Mizzi u Manoel Island

  1. Kemm hu artiklu tajjeb dan Perit!
    Huwa minnu li l-politikanti Maltin ipoggu l-interess personali u dak tal-Partit QABEL l-interess nazzjonali.
    Kienu z-zewg Partiti ewlenin li – ghamlu qerda mill-ambjent, rovina assoluta l-barranin jitkazaw biha u jqisuna bhala barbari.
    Nies jiddahhlu jahdmu mac-Civil u kumpaniji ohra governattivi meta ma kienx hemm il-bzonn li dan isir spiccaw sabiex irrovinawhom – u Alla jbierek hadd ma qal ”Mea culpa”!
    Qabel l-elezzjoni ikun hawn hafna hlewwa mal-poplu, attivita massima, progetti galore….u xi haga fil-but tal-poplu tinghata wkoll.
    Imbaghad malli jigi elett gvern gdid ara l-irqad, l-inefficenza, l-arroganza, l-eghbusija tar-ras, il-favuri, nepotizmu etc etc etc.
    Qatt ma nistghu naqilbu l-pagna! Taf ghaliex? Dik jirrispondiha il-qarrej!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s