Nirrikunsidraw is-sussidji tal-enerġija, l-ilma u l-fuel

Bla ebda dubju hu l-każ li l-użu tal-enerġija u l-ilma jkun issussidjat f’dan il-mument ta’ kriżi. Dan is-sussidju għandu jkun immirat biex jindirizza l-impatti soċjali ta’ żieda fil-prezz tal-enerġija u l-ilma sakemm nibqgħu taħt l-effett tal-impatti tal-invażjoni tal-Ukrajina. M’għandniex nieħdu t-triq il-faċli li twassal għal abbuż minn fondi pubbliċi imferrxa fuq kulħadd.

Is-sussidji għandhom ikunu indirizzat lejn min għandu l-ħtieġa tagħhom. Xi ħtieġa hemm li tissussidja lil min għandu l-mezzi biex ikampa?

Il-konsum bażiku tal-enerġija u l-ilma fid-djar tagħna għandu definittivament jibqa’ protett bis-sussidji għaż-żmien li ġej. Din hi neċessità soċjali biex primarjament ikunu mħarsa l-vulnerabbli u dawk bi dħul baxx. Imma lil hinn mis-sussidji applikati għal dan il-konsum basiku ta’ enerġija u ilma ma hemm l-ebda raġuni biex dan is-sussidju jkun japplika għal konsum iktar minn dak bażiku. Min għandu l-mezzi li jwasslu għal konsum ikbar għandu jkollu ukoll ir-riżorsi biex jerfa’ l-ispiża addizzjonali tal-konsum tiegħu jew tagħha.

Ma hemm xejn ikkumplikat f’dak li qed ngħid. Huwa l-mod kif wara kollox diġa jinħadmu l-kontijiet għall-ilma li nikkunsmaw: il-konsum bażiku tal-ilma jitħallas b’rati sussidjati, filwaqt li konsum ikbar tal-ilma diġa jitħallas b’rati kummerċjali. M’għandu jkun hemm l-ebda diffikultà li dan jinftiehem: huwa l-mod kif il-kontijiet tal-ilma ilhom jinħadmu għal iktar minn tletin sena!

Dan kollu hu ukoll dibattibbli meta nikkunsidraw il-konsum ta’ ilma u l-enerġija meta dan il-konsum ma jsirx fir-residenzi. Hu raġjonevoli li napplikaw is-sussidji biex inħarsu l-impiegi. Jeħtieġ imma li s-sussidji jkunu iffukati. Ikun għaqli għalhekk li perjodikament neżaminaw mill-ġdid il-kif u l-kemm b’mod li dawn is-sussidji jkunu raġjonevoli u mhux iktar milli nifilħu bħala pajjiż.

Ma jagħmilx sens imma, li l-użu kollu tal-enerġija u l-ilma jkun issussidjat. Hu meħtieġ li r-riżorsi limitati li għandna nużawhom bir-reqqa.

Iżda l-kaz tas-sussidji għall-konsum tal-fuels, jiġifieri s-sussidji applikati għall-petrol u d-dijżil hi storja kompletament differenti. Il-Gvern diġa, wara ftit ġimgħat, biddel ftit il-proposta oriġinali tiegħu billi ma baqax jissussidja l-konsum tal-fuel (primarjament dijżil) fil-każ ta’ opri tal-baħar imdaqqsa.

Ma hemm l-ebda ħtieġa soċjali biex ikun issussidjat il-petrol u d-dijżil. In-numru żgħir ta’ każi fejn l-użu ta’ karozzi privati hu meħtieġ biex tkun indirizzata d-diżabilita konnessa mal-mobilità jistgħu faċilment ikollhom għajnuna iffukata għall-ħtiġijiet partikolari tagħhom.

It-tneħħija tas-sussidji fuq il-konsum tal-fuel ikun ifisser żieda sostanzjali fil-prezz tal-petrolu u d-dijżil. L-impatt ewlieni tat-tneħħija ta’ dan is-sussidju fuq jkun wieħed pożittiv għax iwassal għal tnaqqis immedjat ta’ karozzi mit-toroq tagħna. Dan iwassal ukoll għal titjib fil-kwalità tal-arja.

Tajjeb li uħud jiftakru li 50 fil-mija tal-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati fit-toroq tagħna huma vjaġġi għal distanzi qosra. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-vjaġġi, bi prezz rejalistiku tal-petrol u d-dijżil ma jsirux u minflok jintuża t-trasport pubbliku jew forom oħra ta’ mobilità sostenibbli. It-trasport pubbliku kif nafu hu bla ħlas!

Il-partiti parlamentari presentement qed jargumentaw b’veduti dijametrikament opposti. Min-naħa l-waħda l-Labour irid jibqa’ b’sussidji fuq il-konsum kollu filwaqt li l-PN qed jargumenta favur li dawn is-sussidji jkunu eliminati. Dan il-kuntrast bejn il-PLPN  dwar iż-żamma jew it-tneħħija tas-sussidji iħawwad l-imħuħ. Neħtieġu nimxu bir-raġuni anke meta nitkellmu dwar is-sussidji f’dawn iċ-ċirkustanzi.

Ir-riżorsi tagħna huma limitati. Irridu nużawhom bil-għaqal biex inkunu nistgħu nibqgħu ngħinu lill-vulnerabbli.

ippubblikat fuq Illum: 30 t’April 2023

Revisiting energy, water and fuel subsidies

There is definitely a case to make in favour of subsidised energy and water use in this particular time of crisis. This should be aimed at mitigating the social impacts of an increase in energy and water rates for as long as the impacts of the Ukraine invasion remain. We should not, however, take the easier way out and splash public funds around indiscriminately. Subsidies should be focused on those who need them. Why subsidise those who can cope?

The basic energy and water consumption of residential households should definitely remain protected and subject to subsidies in the medium term. This is a social necessity in order, primarily to protect the vulnerable and low earners. However, beyond subsidies applied to basic and essential energy (and water) consumption, there are no valid reasons for the current across the board energy/water subsidies of residential households. Those who can afford to run large domestic properties should be able to shoulder the increased cost of the energy and water which they consume.

This is not rocket science. It is in fact the manner in which we are already billed for our water consumption: basic water consumption is billed at subsidised rates whilst beyond that, commercial rates apply. It should not be too difficult to understand: it is how our water bills have been computed for the past thirty years or so!

The matter is also debatable when considering non- residential energy and water consumption. When protecting existing employment, in the short to medium term, subsidies to energy and water rates are reasonable. Beyond that, however one needs to be more focused and revisit the workings to determine whether and the extent to which such subsidies may be reasonable and affordable to the national exchequer.

Blanket long-term energy and water subsidies for non-residential use are not on. We must be capable of living within our limited means.

The case of subsidies applied to fuel consumption, that is to say subsidies applied to petrol and diesel use is completely different. Government has already after a few weeks tweaked its original decision and removed the applicability of subsidies when applied to fuel consumption (primarily diesel) in the case of large boats.

There is generally no social need to subsidise petrol and diesel. The small number of cases where private vehicle use is required to address issues of disability can be addressed directly by introducing adequate focused help.

Removal of fuel subsidies would signify a substantial increase in the price of petrol and diesel. The primary impact of the removal of subsidies applied to petrol and diesel would be beneficial as it would signify an immediate reduction of cars from our roads and a consequent immediate improvement in air quality.

Some may need to be reminded that 50 per cent of private car trips on our roads is for the travelling of short distances. Most of these trips could, as a result of a realistic price of fuel, be shifted to public transport or other alternative modes of sustainable mobility.  As we know public transport is free of charge.

The Parliamentary parties are at present arguing on two diametrically opposed views. On one hand Labour is emphasising the need of complete subsidisation while the PN is in favour of the complete removal of these subsidies. The contrasting views on the retention of subsidies or their negation, advocated by PLPN, are not at all helpful. We need reasonableness even when considering the application of subsidies in such situations.

Our resources are limited. We must use them judiciously in order to be able to continue helping the vulnerable.

published in the Malta Independent on Sunday : 30 April 2023