Niġġieldu kontra l-privileġġi fil-pensjonijiet

Shift News f’aħbar ippubblikata illum tgħidilna dwar pensjoni speċjali għas-Segretarji Permanenti u s-segretarju tal-Kabinett. Pensjoni li nħolqot kwazi bil-moħbi. L-istess bħalma inħolqot bil-moħbi pensjoni speċjali għall-ġudikatura.

Inħolqot mill-Gvern imma bl-appoġġ minn taħt tal-Opposizzjoni. Li hi kompliċi f’dan kollu.

Dawn jingħaqdu mal-Membri Parlamentari u mal-President tar-Repubblika għall-privileġġi.

Wasal iż-żmien li dawn l-abbużi nieqfulhom.

Hu possibli li dan it-trattament speċjali jkun ikkontestat fil-Qrati tagħna biex kulħadd ikollu pensjoni sura ta’nies. Pensjoni sura m’għandiex tkun limitata għal dawn l-ipprivileġġjati biss.

Nittama li tittieħed inizjattiva f’dan is-sens ma iddumx.

Leave a comment