Il-metro: ħtieġa ta’ informazzjoni

Fi tmiem il-ġimgħa l-Gvern ħabbar il-posizzjoni tiegħu dwar il-Metro. Imma l-istudji li għandu ma ippubblikahomx.

Kif jista’ jkollna diskussjoni matura dwar il-proposta jekk il-Gvern iżomm għalih l-informazzjoni li għandu?

Naqblu dwaril-ħtieġa urġenti li l-pajjiż ikollu mezz ta’ transport tal-massa. Dan ilna ngħiduh bħalma ilna ngħidu lil-infieq massiċċ tal-Gvern fuq it-toroq ma solva xejn. Kien ħela ta’ flus. Anke l-konsulenti tal-Gvern qed jgħidu li minkejja l-infieq fl-infrastruttura tat-toroq għad għandna problem kbar.

L-issue l-kbira li teħtieġ diskussjoni hi dwar jekk il-metro jkunx taħt l-art inkella jekk ikunx prinċipalment f’livell tat-triq. Prinċipalment dan qed ngħidu minħabba l-iskart li ser ikun ġġenerat kemm-il darba l-metro jsir taħt l-art.

Jekk, kif indika l-Gvern, l-għażla tmur favur metro taħt l-art l-iskart ġġenerat ser jispiċċa radam fil-baħar, reklamazzjoni sfurzata. Aħna ma naqblux ma dan u jidhrilna li għandu jsir sforz biex dan ikun evitat.

L-għażla ta’ metro f’livell tat-triq [jeżistu ukoll sistemi hybdrid: metro/tramm] jelimna l-parti l-kbira tal-iskart, inaqqas iż-żmien tal-implimentazzjoni, inaqqas l-ispiża u jkun ta’ benefiċċju ambjentali ferm ikbar.

Fid-dawl ta’ dan hu meħtieġ li jkunu ppubblikati b’mod urġenti ir-rapporti u l-istudji kollha li saru u dan għax sa llum ftit li xejn ġiet ippubblikat informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna għad-diskussjoni pubblika. Il-logos u l-videos huma ‘PR’, mhux informazzjoni. Ma jistax ikollna diskussjoni matura dwar dawn il-proposti jekk  l-informazzjoni li għandu l-Gvern iżommha għalih u din tibqa’ moħbija mill-iskrutinju pubbliku.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s