In-numru ta’ propjetajiet reżidenzjali vojta qiegħed dejjem jiżdied.
Iċ-ċensiment tal-1995 kien wera li f’Malta u Għawdex kien hawn 35,723 propjetá reżidenzjali vojta. Għaxar snin wara, fl-2005 dan in-numru żdied sewwa u laħaq 53,136. L-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika diġa’ indika li fiċ-ċensment ta’ Novembru 2011 dan in-numru kompla jiżdied u laħaq it-72,150 post reżidenzjali vojt.
Din il-propjeta’ vojta għandha valur ta’ biljuni ta’ euros. Snin ilu kienet stmata b’valur ta’ €5 biljuni. B’żieda sostanzjali ta’ propjeta’ vojta l-valur issa hu iktar qrib id-€9 biljuni. Dan hu kapital mejjet. Investiment li sar jew li intiret u ġie mitluq.
Uħud jirraġunaw li x’jiġri (jew ma jiġrix) minn propjetá vojta m’hu affari ta’ ħadd ħlief tas-sidien tal-istess propjetá. Dan ir-raġunament hu wieħed żbaljat għax il-fatt li propjetá ma tkunx qed tintuża u titħalla vojta għandu impatt fuq il-komunita kollha.
Waqt li hawn 72,150 propjetá reżidenzjali vojta għandna mat-3,000 familja jfittxu saqaf diċenti għal fuq rashom!
Meta propjetá titħalla vojta din toħloq pressjoni biex tinbena iktar art għall-ħtiġijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien. Dan meta dawn il-ħtiġijiet jistgħu faċilment ikunu sodisfatti b’uħud mill-propjetajiet vojta. L-art li għandna hi limitata u ma nistgħux nibqgħu nibnu iktar art. Il-pressjoni biex tinbena iżjed art iġġib magħha l-ħtieġa ta’ iktar toroq kif ukoll il-bżonn li jkunu estiżi s-servizzi: is-sistema tad-drenagg, is-servizz tad-distribuzzjoni tal-ilma u tal-elettriku kif ukoll id-dwal fit-toroq. Dawn is-servizzi huma diġa ipprovduti għall-propjetajiet vojta. L-ispiża saret imma għal xejn, għax il-propjetá vojta! L-ispiża trid terġa’ issir għall-propjetá li qed tkompli tinbena biex b’hekk inkomplu nżidu ċ-ċimiterju ta’ propjetajiet vojta.
It-72,150 post reżidenzjali vojt f’Novembru 2011 jokkupaw spazju 9 darbiet daqs B’Kara!
Iffaċċjat b’din is-sitwazzjoni l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista mexxa l-quddiem politika irresponsabbli għax meta fl-2006 ikkonkluda l-pjani lokali flok fittex li jikkkontrolla l-firxa esaġerata tal-bini ġieb il-quddiem politika li tinkoraġixxi iktar bini li m’għandniex bżonnu. Fl-2006 l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi kellu quddiemu r-riżultat taċ-ċensiment tal-2005 li kien juri żieda sostanzjali fin-numru ta’ propjetá reżidenzjali vojta (minn 35,723 fl-1995 għal 53,136 fl-2005). Flok ma applika l-brejkijiet: żied b’mod sostanzjali l-art li tista’ tinbena, żied in-numru ta’ sulari li jistgħu jinbnew f’ħafna lokalitajiet u għamilha iktar faċli li jinbnew il-penthouses!
Is-sitwazzjoni illum bħala riżultat tal-politika żbaljata tal-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi hi ħafna agħar! Iċ-ċifra ta’ 72,150 post residenzjali vojt f’Novembru 2011 hi allarmanti u tfisser li l-pajjiż m’għandux bżonn ta’ żieda fil- bini reżidenzjali għal snin kbar.
Presentement għaddejjin proċeduri biex ikunu reveduti l-Pjani Lokali. Ikun ġenn jekk dan il-fatt ma jingħatax piż sostanzjali huma u jitħejjew il-Pjani Lokali ġodda. Ir-reviżjoni tal-Pjani Lokali għandha titlaq minn dan il-punt.
Iż-żmien jagħtina parir jekk il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat hux ser ikun irresponsabbli daqs dak immexxi minn Lawrence Gonzi jew jekk hux ser jibda jsewwi l-problemi. Id-dikjarazzjonijiet li saru s’issa li l-industrija tal-bini hi meqjusa mill-Partit Laburista bħala pilastru importanti għall-ekonomija tal-pajjiż m’huwiex ta’ awgurju tajjeb.
Flok nibnu iktar ikun aħjar li nagħmlu użu aħjar minn dak li hu diġa mibni. Hawn propjeta’ reżidenzjali mibnija iżda mhiex użata li tista’ isservi l-ħtiġijiet tal-pajjiż għal snin twal.
ippubblikat oriġinalment fuq iNews nhar it-Tlieta 27 t’Awwissu 2013
I don’t think that it’s only with the previous government that land is developed bl-addocc! What about the permit they got here: https://www.facebook.com/DPeakLtd?fref=ts This was considered a green area for years and years and now after the election they got the permit to build 3 blocks of flats!!!!
George: I think that you have not understood anything. Even the permit being issued now are the result of the land use polcies adopted in 2006 when the Rationalization Exercise made it possible!
Rationalization Exercise my left foot. This was nothing more than opening the flood gates to unbridled development which continues to this very day. Impose a tax on buildings left dormant for more than say 12 months after a predetermined completion date then see how many will think twice before rushing to try and make a quick buck, or better still ‘lose’ ‘hidden’ finances. Why else would this building spree go on?