Min segwa dak li ġara s’issa fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi seta jara kif l-Opposizzjoni Nazzjonalista għal darba oħra fetħet il-kanuni fuq l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali bit-tama li iċċaqlaq l-attenzjoni minn fuq l-imġieba tal-ex Ministru Austin Gatt.
Naħseb li l-iktar diskors importanti li intqal mill-Awditur Ġenerali Anthony Mifsud u d-Deputat Awditur Ġenerali Charles Deguara kien meta fissru d-differenza bejn li tifformola l-politika tal-Gvern u li tieħu ħsieb li din tkun implimentata.
Meta l-Gvern permezz tal-Ministri tiegħu mhux biss jifformolaw il-politika (policy) iżda jfittxu li jindaħlu fid-dettall ikunu qed jindaħlu fejn m’għandhomx. Ma jagħmilx sens li taħtar tim ta’ esperti u mbagħad tindaħlilhom. Jew huma esperti jew m’humiex.
Il-konklużjoni ta’ dan kollu hi li spiċċa ż-żmien tal-Ministri “hands on”. Il-Ministru mhux il-Manager. Qiegħed hemm biex jifformola l-politika li għandha tkun segwita. Imbagħad m’għandux jindaħal.
Kif qal l-Awditur Ġenerali meta Ministru jindaħal fl-implementazzjoni tal-policy din hi prattika ħażina (bad governance) anke jekk il-liġi dan tippermettieh.
Grazzi Sur Awditur Ġenerali.
Imma xorta wahda hadd mhu se jaghti kazu! Il-Ministri taghna jemmnu fi gvern monarkiku u mhux f’demokrazija, (iz-zewg partiti). Il-Ministri jahtru l-impjegati mal-Gvern u f’korpi parastatali minkejja li l-Kostituzzjoni tistabilixxi kif dan ghandu jsir. Imma l-Prim Ministru huwa r-re u allura jaghmel li jrid!
Naghti ezempju l-hatra tas-CEO tal-MEPA – persuna li jiena meta kont Audit Officer fil-MEPA ghamilt rapport mill-aktar iebes dwar l-imgieba tieghu u li hadd ma cahdu. Imma dan inghata promozzjoni flok tkecca … u minflok keccew lili.
Joseph Falzon
ghax Malta ma hawnx serjeta. Malta Marida u ma hawn hebda tabib li jtija il- Medicina biex tfiq ghax kulhadd korrot u kulhadd ghandu il- hbieb tal hbieb .
Joseph Zammit : Li tghid li kulhadd hu korrott hi hrafa.