L-Għan ta’ dan il-blog
Dan il-blog hu intenzjonat bħala mezz ta’ diskussjoni dwar issues ta’ importanza. Għax id-diskussjoni serja hi l-bażi tal-ħidma politika. Pemezz ta’ dan il-blog irrid nilħaq l-ikbar numru possibli ta’ dawk li huma interessati li jiddiskutu. Idealment niddiskutu wiċċ imb’wiċċ iżda dan mhux dejjem hu possibli. Permezz ta’ dan il-blog għaldaqstant ser ikun possibli li b’mod regolari mhux biss nagħtikom l-opinjonijiet tiegħi iżda niddiskuti magħkom il-fehmiet tagħkom.
Dwari
Twelidt nhar il-5 ta’ Marzu 1956.Miżżewweġ lil Miriam u missier ta’ Martina (17) u Dario (15). Noqgħod il-Kalkara. Perit. Iggradwajt mill-Universita’ ta’ Malta fl-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili (1982) u mill-Universita’ ta’ Staffordshire fir-Renju Unit (2006) fis-Sostenibilita’ u l-Management Ambjentali. Imsieħeb fl-Institute of Environmental Management and Assessment tar-Renju Unit (IEMA) bħala membru assoċjat. Fl-2006 ippubblikajt ktieb bl-isem Time For Radical Change, riċerka dwar l-introduzzjoni tal-eko-kontribuzzjoni f’Malta.Ilni attiv fil-politika mill-1976.
Tul iż-żmien li kont student fl-Universita’ ta’ Malta kont President tal-SDM (Studenti Demokristjani Maltin) u President tal-KSU (Kunsill tal-Istudenti Universitarji). Kont ukoll nirrappreżenta lill-istudenti universitarji fuq is-Senat u l-Kunsill tal-Universita’.
Fuq livell internazzjonali kont Viċi Chairman tal-EDS (European Democrat Students).
Ilni nikteb fil-gazzetti, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż mis-snin 80.
Dwar uħud mill-artikli li kont ktibt fil-1984 kont tkeċċejt mix-xogħol f’Ottubru 1984. Kont dħalt il-Qorti li kienet ikkonkludiet li kienet saret diskriminazzjoni politika fil-konfront tiegħi. [Jekk trid tara l-istorja kollha, ara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali f’Malta mogħtija f’Jannar 1986 billi taghfas dan il-link)
Ir-Rizenja mill-PN u s-Shubija fl-AD
Sa nofs Jannar 2008 kont membru tal-PN li f’ismu ukoll ikkontestajt tlett elezzjonijiet ġenerali (1987, 1992 u 1996). Okkupajt fi snin differenti l-karigi ta’ Segretarju Informazzjoni, Assistant Segretarju Ġenerali u President tal-Kunsill Aministrattiv tal-PN. Kont ukoll Segretarju Ġenerali tal-MŻPN (Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista). Irreżenjajt minn membru tal-PN f’Jannar 2008 minhabba li l-Gvern immexxi mill-PN ma mexiex sewwa fil-konfront ta’ min mexa ħażin fil-ħajja pubblika u fl-istess ħin għamel l-ostakoli lili f’xogħoli ta’ uffiċjal investigattiv fl-uffiċċju tal-verifika (Audit Office) tal-MEPA. Illum imsieħeb ma’ l-Alternattiva Demokratika.
Ħidma f’AD
Jien il-kelliemi ta’ l-AD dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-Interni.
Fl-elezzjoni tal-2008 kont kandidat f’isem Alternattiva Demokratika għat-III u l-XI-il Distrett. It-III Distrett kien iffurmat minn Marsaskala, l-Fgura u ż-Żejtun; fil-waqt li l-XI-il Distrett kien iffurmat mill-Imdina, Ħ’Attard, Ħal-Balzan u l-Mosta. Irrappreżentajt lill-AD ukoll fil-Working Group tal-European Greens dwar l-Ekonomija u l-Ambjent. Preżentement nirrappreżenta lill-AD fuq il-Core Group tal-MEUSAC (Malta-EU Steering and Action Committee).
Kuntatti
Min jixtieq jikkuntattjani jkun jista’ jagħmel dan fuq l-email: cacopardocarm@euroweb.net.mt .Min irid jiddiskuti dak li jidher fuq dan il-blog ikun jista’ jibghat il-kummenti tieghu. Hu pjaċir tieghi kemm li nippubblikom kif ukoll li niddiskutihom.

Dear Lino,
I wish to congratulate you for this web-site. I take this opportunity to wish you success. I live in fleur de lys, so I cannot enjoy the fact that I can vote for a geniune person like you.
Hope that our future will be better, and have a better environment for ourselves and our children.
Best Wishes Joe
Go, go, go! …a vote for REAL change
Keep up the good work Perit !
Nzwguralek Perit li tkompli fejun bdejt u kompli ahdem ghan nies ta Birzebbugia u Malta kollha