Ir-riżultat elettorali s’issa

referendum.EU

Riżultat elettorali ma targumentax miegħu. Taċċettah u tipprova tifhmu.

Alternattiva Demokratika żiedet il-voti minn l-aħħar elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew b’madwar 30%. Fih innifsu mhux ħażin. Imma meta tqabblu mal-bqija tar-riżultat mhux wieħed sodisfaċenti.

Huwa inkwetanti li żdiedu sewwa l-voti ta’ min imexxi l-quddiem politika ta’ vjolenza fil-konfront tal-immigrazzjoni. Dan hu rifless tal-biża’ illi l-immigrazzjoni nisslet fost uħud. Hi ukoll in parti riżultat tal-waqtiet meta mexxejja politiċi f’Malta ma ħadux posizzjoni ċara u mexxew il-quddiem politika, li, anke jekk temporanjament, ma kienet bl-ebda mod tirrispetta d-dinjita’ tal-bniedem.

Mill-bqija r-riżultat irrifletta konsiderazzjonijiet ta’ politika lokali u injora kompletament il-posizzjonijiet kemm tal-Partiti kif ukoll tal-kandidati individwali dwar issues Ewropej.

Matul is-siegħat li ġejjin ikompli l-għadd u iktar tard illum ikunu magħrufa l-ewwel ħames kandidati eletti. Dwar is-sitt wieħed jew waħda ikollna nistennew ftit iktar għax dan ser ikun jiddependi mit-trasferiment tal-voti tal-partiti ż-żgħar.

Fuq livell Ewropew, meta wieħed iqis ir-riżultati li deħlin mis-27 pajjiż l-ieħor, jidher li s-Soċjalisti Ewropej ma rebħux dawn l-elezzjonijiet. Dan iwassal għal ħaġa waħda ċara: huwa improbabbli li Martin Schultz imexxi l-Kummissjoni Ewropeja.

Nistennew.

Advertisements

One comment on “Ir-riżultat elettorali s’issa

  1. Qabel xejn, prosit tal ammont ta’ voti li gibt inti fuq livell personali, kif ukoll l-Alternattiva fuq livell ta’ partit. Ir-rizultat s’issa juri li hawn madwar 1500 Malti li lesti li jafdawk sabiex tirraprezentahom fuq livell Ewropew. Mhix cajta……anzi hija bicca responsabbilta konsiderevoli ghal min l-affarijiet jaf jehodhom bis-serjeta’.

    It-tieni………l-issue tal-immigrazzjoni u tat-tahlit tal-gnus jidher li qed teffettwa u tinkwieta lil hafna Ewropej, u mhux lil Maltin biss. Fi Franza il-partit lemini ta’ Le Pen kiseb il-maggoranza…..fl-Olanda u fl-Awstrija avvanzaw hafna il-partiti tal-lemin estrem. Fl-Ingilterra l-istess.

    Izda dan ifisser illi jekk il-gvernijiet tal-pajjizi se jisimghu minn dak li qed jitolbu il-votanti taghhom, hadd m’hu se jaccetta li jghin lil dawk li, minn barra l-Ewropa, se jidhlu gewwa dan il-kontinent biex ifittxu l-kenn mill kruha tal-persekuzzjoni.

    Jekk il-gvernijiet Ewropej se jersqu kollha lejn il-lemin estrem…..ADDIO BURDEN SHARING……u hawn se jkun il-waqt fejn tibda tindaqq muzika differenti…..muzika stunata…..muzika fejn kulhadd idoqq ghal-rasu.

    L-Ewropa hija bhal orkestra b’hafna muzicisti……jekk kulhadd jibda jdoqq li jfettillu…..l-orkestra tisfaxxa…..u jaqa’ d-dlam….id-dlam tal-gwerra.

    Minn ma jitghallimx mill-izbalji tal-istorja, huwa kkundannat li jerga’ jirrepeti l-esperjenzi koroh ta l-istess storja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s