Id-9 proġetti għal Paceville

paceville-4

Il-Master Plan ta’ Paceville hemm bżonn isir mill-ġdid. Dan hu meħtieġ għax min fassal il-pjan ma tax każ ta’ ħafna affarijiet. Reviżjoni ma hi ser issolvi xejn. Jeħtieġ li jinbidel kompletament.

L-ikbar fundamentali żball li sar, fil-fehma tiegħi, hu li l-pjan għal Paceville hu bbażat fuq id-9 proġetti kbar li hemm pendenti. Dan il-fatt fih innifsu jagħti messaġġ li l-pjan għal Paceville qiegħed hemm biex jaqdi lill-iżviluppaturi li hemm wara dawn il-proġetti. Jista’ jingħad li ma hemm xejn mistur dwar dan kollu u li l-ħsieb kien li l-iżvilupp ma jsirx bil-biċċiet imma li jkun wieħed li jħares lejn l-istampa kollha.

Imma biex jaqdu lil dawn id-9 żvilupaturi dawk li fasslu l-pjan ma tawx kaz tal-fatt li hemm mijiet ta’ persuni li tul is-snin investew ħinhom u ġidhom f’Paceville. Min f’daru u min fin-negozju tiegħu. Huma dawn in-nies li bnew Paceville li hemm illum: bil-preġji u d-difetti kollha tiegħu.

Il-pjan ta’ Paceville jeħtieġ li nanillazzawh fuq dan u mhux fuq ħsibijiet immaġinarji.

Kif jiġri dejjem, min jifhem biss biċċa żgħira minn dak li jkun qed jiġri jfittex li jiddrammatizza l-affarijiet. Dan iservi biss biex isaħħan l-irjus u ma jagħti l-ebda kontribut għal diskussjoni serja.

 

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s