Il-bieraħ kont preżenti għall-ewwel seduta tal-appell mid-deċiżjoni tat-torri ta’ Townsquare.
Ir-rappreżentant legali tal-Awtoritá tal-Ippjanar nixxef lil kulħadd meta talab lill-membri tat-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent l-Ippjanar [dak li sa ftit ilu kien il-Bord tal-Appell] biex jikkunsidraw li l-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema, l-għaqdiet ambjentali u l-Awtoritá tal-Ambjent ma kellhomx dritt li jippreżentaw dan l-appell.
Tafu għaliex?
Għax kull wieħed minnhom kellu rappreżentant fil-Bord tal-Awtoritá tal-Ippjanar meta din ħadet id-deċiżjoni dwar it-torri ta’ Townsquare.
Uħud minnkom forsi tiftakru kemm kien hemm min ftaħar li s-separazzjoni tal-Ippjanar mill-Ambjent kien ser iwassal għal iżjed attenzjoni u fuq kollox li l-Awtoritá tal-Ambjent kien ser ikollha id-dritt mhux biss li tipparteċipa fil-Bord imma li fuq kollox kien ser ikollha d-dritt li tappella mid-deċiżjonijiet tal-Ippjanar biex tħares l-ambjent aħjar.
L-Avukat Robert Abela jidher li għandu ideat differenti minn dawk li ħabbru diversi Ministri fil-Parlament.
Inkella, dawn l-istess Ministri ppruvaw jgħadduk biż-żmien!