L-Onorevoli jerġa’ jagħmilha

Malta Parliament

Hi sfortuna li d-dibattitu politiku fil-pajjiż reġa qiegħed jikkarga.

Il-Parlament hu l-post fejn issir il-kritika. Imma l-kritika, anke jekk iebsa mgħandiex tkun insolenti. L-insulti ma jagħmlu ġid lil ħadd: la lil min jgħidhom u l-anqas lil min jirċievihom.

Il-każi riċenti li dwarhom l-Ispeaker Anġlu Farrugia kien kostrett li jagħti ruling, għal wieħed tnejn huma inkwetanti, għax ifisser li fuq naħa waħda hemm min qed jitlef rasu u fuq in-naħa l-oħra hemm min hu sensittiv iżżejjed.

Ovvjament kullħadd tad-demm u l-laħam u meta tkun ilek taqla ġo fik, fl-aħħar tixpakka. Dak li qed jiġri bħalissa fil-Parlament. Diskors li ma jagħmel la ġid u l-anqas ġieħ lil ħadd.

Kien floku kliem l-iSpeaker li ipprova jberred ftit l-affarijiet billi ta ċans biex dak li jkun jerġa jaħsibha u forsi juża kliem iktar addattat.

Imma jidher li ċerti nies ma jitgħallmu qatt.