Il-Masterplan għal Paceville, minnu innifsu hu kontroversjali. Għax jirfes ħafna kallijiet. Dak diġa hu iktar minn biżżejjed għal dan il-pajjiż li ngħixu bil-kontroversji.
Imma issa ħierġin l-istejjer dwar kunflitt ta’ interess.
Il-konsulenti tal-Awtoritá tal-Ippjanar kienu ukoll konsulenti ta’ wieħed mill-iżviluppaturi ewlenin li għandu ukoll interess sostanzjali f’wieħed mill-proġetti ewlenin f’Paceville innifisha. Huma infurmaw b’dan lil uffiċjal ewlieni tal-awtoritá.
Johann Buttiġieġ, Chairman Eżekuttiv tal-Awtoritá tal-Ippjanar, meta ipprova jagħti spjega għal dan qal, li l-konsulenti, fil-kuntratt li ngħataw kienu miżmumin mill-jinvolvu ruħhom fl-implimentazzjoni tal-masterplan bi kwalunkwe mod. Imma ma kellux spjega x’jagħti dwar kif il-konsulenti kienu diġa f’posizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess.
Tal-biki.