Illum, f’Malta, tħabbru tnaqqis ta’ miżuri kontra l-Covid.
Fost oħrajn ir-restoranti ser ikunu jistgħu jiftħu sal-5 ta’ wara nofsinnhar.
Ħadd ma qalilna għaliex sal-5pm. Għaliex mhux sas-1pm jew sal-11pm? Kif waslu ghaliha din?
Jaqaw il-virus tal-Covid, f’Malta jibda jaħdem wara l-5pm?
Jista’ xi ħadd jispjegalna x’inhuma dawn ir-ragunijiet xjentifiċi li jiġġustifikaw li r-restoranti jiftħu sal-5pm u mhux inqas jew iktar?
Ftit iktar serjetà tagħmel il-ġid! Ikun għaqli li ma tippruvawx tinqdew bix-xjenza biex tiġġustifikaw l-arbitrarjetà