Telefonata mill-Partit Laburista waqt il-votazzjoni

Ftit tal-minuti ilu, fis-6.14pm, ċempel il-mobile u persuna b’leħen femminili qaltli: mill-Partit Laburista hawn. Biex naraw jekk ħriġtx tivvota. In-numru tat-telefon li minnu ċempluli kien 9970 6*** . Żammejtu rikordju n-numru.

X’inhu affarih il-Partit Laburista jiena x’għamilt?

Xi ġranet ilu ukoll ċempluli biex jaraw għandix bżonn trasport biex immur nivvota!

Mhux aħjar ma’ joqgħodux jiksrulna d-devozzjoni?

Jidher li s’issa, n-numru tal-votanti hu baxx, iktar baxx minn dak li qalet il-Kummissjoni Elettorali li tidher li qed tħawwad fin-numri.