Jum l-Ambjent 2014

turtle dove 2

Għada l-5 ta’ Ġunju huwa l-Jum Dinji tal–Ambjent.

L-issues ambjentali li irridu niffaċċjaw ma jonqsu qatt. Kontinwament nitkellmu fuqhom imma l-Gvernijiet dejjem ikaxkru saqajhom.

Huwa xieraq li din is-sena, mingħajr ma bl-ebda mod ma nnaqqas mill–importanza ta’ ħidma siewja dwar diversi materji ambjentali bhall-ippjanar, l-ilma u l-ikel nieħu din l-opportunuta biex fl-okkazjoni ta’ Jum l-Ambjent insellem lill-għaqdiet ambjentali kollha Maltin li tul it-tnax-il xahar li għaddew fittxew li jidentifikaw front komuni fil-ħidma tagħhom.

Kien ta’ sodisfazzjon għal kulħadd li għall-ewwel darba numru sostanzjali u spettru wiesgħa ta’ għaqdiet ambjentali ngħaqdu flimkien ma’ Alternattiva Demokratika fit-twaqqif tal-Koalizzjoni għall-Abolizzjoni tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa  biex isejħu għal Referendum Abrogattiv ħalli d-deċiżjonijiet li tul is-snin naqas milli jieħu l-Parlament jeħodhom il-poplu Malti permezz tal-vot tiegħu f’referendum abrogattiv.

Ma kienitx triq faċli. Anzi kienet waħda iebsa u diffiċli ħafna. Imma b’rieda tajba minn kulħadd bdejna naslu.

Tul ix-xhur li ġejjin, din il-hidma trid tissokta u dan minħabba li l-Gvern kontinwament qed juri n-nuqqas ta’ sensittivita tiegħu lejn l-obbligi internazzjonali għall-harsien tal-biodiversita billi issa jidher li ser jerġa’ jippermetti mill-ġdid l-insib.

Ħadd m’għandu jibża’ meta kkonfrontat minn attitudni anti-demokratika li trid tnaqqas drastikament id-dritt ghal referendum abrogattiv. Attitudni li hemm min sfortunatament qed jinkoraġġiha għax minkejja l-ħafna paroli li jingħad f’dan il-pajjiż għad hawn nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet u l-obbligi demokratiċi.

Alternattiva Demokratika hi kburija li tul il-25 sena li ilha teżisti kienet l-uniku Partit Politiku f’Malta li semma leħnu fuq dawn l-affarijiet.

Water Sustainability ………… Sostenibilta tal-Ilma

World Environment Day: Water Sustainability a most pressing issue in Malta

In a press conference held in front of the Malta Resources Authority, Alternattiva Demokratika – The Green Party said that water sustainability is a most pressing issue in Malta.

Michael Briguglio, AD Chairperson, said: “There are various important environmental issues in Malta, including air pollution, noise pollution, rampant construction and waste management. Like such issues, water sustainability deserves top prioritization in Malta’s environmental, economic and social policies”.

“Malta is one of the driest countries in the world, yet sustainable use of water does not yet seem to be a national priority.  We are in a situation where the majority pay their utility bills, whilst others steal water from boreholes. The water issue is ultimately an issue of environmental justice, social justice and economic good-sense. How could it be that we are treating such a scarce resource as if we have unlimited supply of it?”

Malta has mismanaged its water resources for far too long. Focusing on the potential use of recycled Treated Sewage Effluent Carmel Cacopardo AD Deputy Chairman and Spokesman on Sustainable Development and Home Affairs said that the infrastructure for sewage treatment was designed on the basis of the misconception that treated sewage had no economic value. As a result the 24 million cubic metres of treated sewage (estimated data for  2011 : 21,858,000 cm for Malta and 1,982,000 cm for Gozo, excluding rainwater in sewers during the rainy season) so far are being discharged into the sea. Simultaneously 29 million cubic metres of water are produced annually (56% by RO and 44% extracted from the water table).

The recently announced change of policy as a result of which it is envisaged that Treated Sewage Effluent is utilised for various purposes is a positive step.  However it is imperative that TSE of the right quality is available the soonest in order that boreholes all over the country are sealed up after sufficient water of the appropriate quality is available for both agriculture and industry. This said Carmel Cacopardo could lead to a much needed resting time for  the water table.

Last month the Prime Minister announced that a pilot project was in hand in order to examine the impacts of recharging the aquifer with Treated Sewage Effluent.  AD, said Carmel Cacopardo notes that a successful pilot project could lead to a long term sustainable solution to the management of water resources in Malta. This however, he added is not without its pitfalls as it is dependent on a tough enforcement policy ensuring that only permissible liquid waste is discharged into the public sewer.

AD has earlier this week met with Malta Resources Authority officials who confirmed that this is still a major sticking point.

Finally Carmel Cacopardo pointed out that Water Services Corporation has produced a “ (Master) Plan for the Use of Treated Sewage Effluent for the maltese Islands. A National  Reclamation project.” Dated May 2009 this Masterplan has been made public earlier this year in Parliament.  AD, stated Cacopardo, queries why this Masterplan has not been subject to a public consultation and being examined in terms of the Strategic Environment Assessement Directive of the EU.

Jum Dinji tal-Ambjent: Sostenibbilta tal-Ilma l-aktar kwistjoni urgenti f’Malta – AD

F’konferenza stampa li saret quddiem l-ufficini tal-Awtorita’ Maltija tar-Rizorsi, Alternattiva Demokratika – The Green Party qalet li s-sostenibbilita’ tal-ilma hija l-aktar kwistjoni urgenti f’Malta.

Michael Briguglio, ic-Chairperson tal-AD, qal: “Hemm diversi kwistjonijiet ambjentali importanti f’Malta, inkluz it-tniggiz ta’ l-arja, tniggiz akustiku, il-kostruzzjoni rampanti u l-gestjoni tal-iskart. Bhal dawn il-kwistjonijiet, is-sostenibbilta’ tal-ilma jisthoqqa prijorita’ gholja fil-politika ambjentali, ekonomika u socjali ta’ Malta.”

“Malta hi wahda mill-iktar pajjizi niexfa fid-dinja, izda il-politika sostenibbli dwar l-ilma mhux qed tinghata. Qeghdin f’sitwazzjoni fejn il-maġġoranza tal-poplu jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, waqt li ohrajn jisirqu l-ilma li jiġi mill-boreholes. Il-kwistjoni ta’ l-ilma hi wahda ta’ gustizzja ambjentali, gustizzja socjali u sens tajjeb ekonomiku. Kif jista’ jkun li rizorsa hekk skarsa qed tigi trattata qisha xi wahda bi provvista bla limitu?”

Malta ma haditx hsieb ir-rizorsi taghha tal-ilma ghal zmien twil. Huwa u jiffoka fuq il-potenzjal ghall-uzu tad-drenagg ippurifikat,  Carmel Cacopardo, Vici Chairman u Kelliemi ta’ AD ghall-Izvilupp Sostenibbli u l-Intern qal: “l-infrastruttura ghat-trattament tad-drenagg kienet iddisinjata fuq l-impressjoni zbaljata li dan l-ilma hekk prodott ma kellux valur ekonomiku. Bhala rizultat ta’ dan 24 miljunmetru kubu ta’ drenagg ippurifikat (stima ghall-2011: 21,858,000 mk ghal Malta u 1,982,000 ghal Ghawdex, apparti l-ilma tax-xita fid-drenagg meta taghmel ix-xita) s’issa qed jintefa l-bahar. Fl-istess hin 29 miljun metru kubu ta’ ilma qed ikunu prodotti kull sena (56% bl-RO u  44% estratt mill-pjan).”

“It-tibdil recenti fil-politika tal-Gvern li bhala rizultat taghha nistennew li d-drenagg riciklat ikun utilizzat ghal skopijiet diversi huwa pass pozittiv. Imma huwa essenzjali li ilma riciklat ta’ kwalita tajba ikun prodott mill-iktar fis biex ikun possibli li jinghalqu l-boreholes kollha wara li jkun hemm bizzejjed ilma ta’ kwalita’ ghall-agrikultura u l-industrija.  Dan, qal Carmel Cacopardo jista’ jwassal ghas-serhan tant mehtieg tal-ilma tal-pjan.”

“Ix-xahar li ghadda l-Prim Ministru habbar li progett pilot kien qed jezamina l-impatti li jirrizultaw jekk l-ilma tal-pjan ikun rikarikat b’ilma riciklat mid-drenagg. Alternattiva Demokratika tinnota li jekk dan il-progett pilota jirnexxi dan ikun jista’ jwassal ghal soluzzjoni sostenibbli u fit-tul tal-immanigjar tar-rizorsi tal-ilma f’Malta.  Dan imma, zied jghid, irid jiffaccja diffikultajiet kbar, principalment il-htiega ta’ id tal-hadid biex jigi assigurat li fid-drenagg  jinxtehet biss skart likwidu permissibli. “

“Alternattiva Demokratika iktar kmieni din il-gimgha iltaqghet ma ufficjali tal-Awtorita’ Maltija tar-Rizorsi li ikkonfermaw li din id-diffikulta ghadha ma gietx meghluba.”

Fl-ahhar nett  Carmel Cacopardo gibed l-attenzjoni li l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma ipproduciet  ‘(Master) Plan for the Use of Treated Sewage Effluent for the Maltese Islands. A National  Reclamation project’. Datat Mejju 2009 dan il-pjan kien ippubblikat fil-Parlament iktar kmieni din is-sena. Alternattiva Demokratika, qal Cacopardo, tistaqsi l-ghaliex dan il-pjan ma kienx soggett ghal konsultazzjoni pubblika kif ukoll ghaliex ma giex ezaminat ai termini tal-iStrategic Environment Assessement Directive tal-Unjoni Ewropea.

World Environment Day: “Government’s environment policy is beyond repair” : AD

World Environment Day: “Government’s environment policy is beyond repair” AD  

On occasion of  world environment day, Alternattiva Demokratika – The Green Party said that one should reflect on what has been carried out, what has been omitted and on what was just done for the sake of it in terms of environmental policy. Whilst the Environment was projected to be one of the foundations for political action of GonziPN it is now clear to everyone that it is cracked and beyond repair.  

Carmel Cacopardo, AD spokesperson for Sustainable Development and Local Government, said that “environment responsibilities for GonziPN is like a political football with responsibilities moving on from one Minister to another. Environmental responsibilities are fragmented in various Ministries increasing the difficulty for implementation of policy.   

Focusing on the water situation one still observes the large quantities of water in our streets which are channelled towards the sea almost every time it rains. This happens notwithstanding laws which have been on the statute book for over 130 years which require water harvesting measures in every building. MEPA still issues compliance certificates relative to buildings which are not provided with a rainwater well however it shifts the blame onto MRA.

This week the Prime Minister inaugurated the sewage purification plant at Ta’ Barkat limits of  Xgħajra. It was a good step but it was only done in order to fulfil EU obligations and not out of an environmental conviction. Substantial financial resources were applied with the resulting purified waters being dumped directly into the sea as to date the government is still considering this water as having no economic value.”

Water has been mismanaged throughout the years and unfortunately the current government does not indicate any change of that direction.

Michael Briguglio, AD Chairperson, said that “AD therefore wishes to focus on this matter of concern on the 2011 World Environment Day. In line with the vision of sustainable development and ecological modernisation, we believe that the importance of water should be seen through the combination of environmental, social and economic dimensions.”

Jum Dinji ta’ l-ambjent: “Il-politika ambjentali tal-Gvern hi mfarrka” AD  

Fl-okkazzjoni tal-jum dinji ghall-ambjent, Alternattiva Demokratika qalet li dan il-jum għandu jservi ghal riflessjoni fuq dak li sar,  dak li kellu jsir u ma sarx, jew inkella sar biex wieħed jgħid li taparsi sar. Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-ambjent suppost li hu wiehħed mit-tliet pilastri ta’ GonziPN u jagħti ħarsa ftit lura biex jara kif dan il-pilastu ħadem, isib li mhux talli kien hemm falliment sħiħ f’dan il-qasam, imma l-pilalstru ta’ GonziPN ixxaqqaq u qed jitfarrak ftit ftit.

Carmel Cacopardo, Kelliemi ta’ l-AD għall-Iżvilupp Sostenibbli u Gvern Lokali, qal li “l-ambjent għall-GonziPN sar qisu ballun politiku: ir-responsabbilta’ għalih tgħaddi minn Ministru għal għand ieħor. Illum ir-responsabiltajiet ambjentali huma  mifruxa bejn ħafna Ministeri b’mod li tiżdied id-diffikulta biex din titwettaq.

Nieħdu is-sitwazzjoni tal-ilma. Volumi kbar ta’ ilma għadhom isibu ruħhom fit-triqat u jintremew fil-baħar wara kull ħalba xita. Dan minkejja liġijiet tal-pajjiż li ilhom magħna il-fuq minn 130 sena li jgħidu li kull binja irid ikollha bir biex fih jinħażen l-ilma tax-xita. Minkejja dan il-MEPA xorta għada toħroġ compliance certificate lil dawk li meta jibnu ma jkollhomx dan il-bir! Il-MEPA twaħħal fl-MRA.

Din il-gimgħa rajna l-ftuħ uffiċjali mill-Prim Ministru tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Ta’ Barkat limiti tax-Xgħajra.  Ħaġa tajba, għalkemm din saret biss minħabba l-obbligi tal-UE u mhux minħabba xi konvinzjoni. Ammont sostanzjali ta’ riżorsi finanzjarji ġew użati biex filwaqt li d-drenaġġ jissaffa l-ilma msoffi jintefa’ l-baħar, għax skond il-Gvern dan l-ilma m’għandux valur ekonomiku.

Tul is-snin l-ilma gie użat hażin u ma jidhirx li dan il-Gvern fi ħsiebu jibdel id-direzzjoni.

Michael Briguglio, Chairperson ta’ AD, qal li “għalhekk, Alternattiva Demokratika tħoss li għandha tiffoka fuq l-importanza ta’ l-ilma fl-okkazjoni ta’ Jum L-Ambjent 2011. Permezz tal-viżjoni favur żvilupp sostenibbli u modernizazzjoni ekologika, AD temmen li l-importanza ta’ l-ilma għandha titqies permezz tad-dimensjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi”.

World Environment Day Message – Messaġġ għal Jum l-Ambjent

On the occasion of World Environment Day, commemorated annually on the 5 June, Carmel Cacopardo AD Spokesman on Sustainable Development and Local Government has on behalf of Alternattiva Demokratika The Green Party in Malta  issued the following message :

 During the past twelve months the environment has topped the citizen agenda many times. Air Quality, energy security and flawed tendering processes, land use planning which leaves much to be desired, depleted water resources, excessive and uncontrolled noise and congested roads due to overdue public transport reform, issues relative to biodiversity loss,  have been some of the topics on which AD has repeatedly spoken throughout the past twelve months.  

Government continuously speaks in favour of environmental measures but then its actions do not always correspond to its statements. It is not the monies spent which indicate the level of environmental commitment but the impacts and the positive results attained in addressing the most pressing environmental problems. 

Whilst the “black dust” saga is still officially unresolved it is known that research carried out at the Department of Chemistry at the University of Malta as far back as the  year 2000 had already indicated that the Marsa Power Station was the possible source of this black dust. Not indentifying a solution to this problem in 10 years is a clear indication of the “green credentials” which this government  speaks about but does not manifest in its actions.   

On a positive note AD has noted the statement made over the weekend by new Parliamentary Secretary responsible for the Environment, Dr Mario De Marco, on the need to be very cautious in tackling the proposed Hondoq ir-Rummien project. “Our environment is too small to afford to suffer any more mistakes than we have already committed in the past, sometimes even in the name of tourism and progress”  stated Dr De Marco (Sunday Times of Malta: Sunday 30 May 2010). Whilst AD endorses Dr De Marco’s statement, it invites government to realise that these mistakes have been committed by public authorities made up of appointees whose only credentials were their political allegiances. AD looks forward  to the day when decisions are taken by competent authorities and not by politicians in disguise or by proxy.  MEPA reform currently in hand unfortunately does not point in this direction.

In view of all this AD considers that it is time to stand up and be counted. We need to be ambassadors of a radically different future. This can be achieved if more resources are allocated to establish an administrative capacity for dealing with environmental issues as well as ensuring that a consensual environmental policy is developed for these islands.  AD as always is available to give its contribution.

AD reiterates that the environment is a political issue and the election of AD in local, national and European elections will ensure that it is given the priority it deserves through a vision of sustainable development.
_______________________________________________________________________

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ambjent imfakkar kull sena nhar il-5 ta’ Ġunju,  Carmel Cacopardo kelliemi ta’ Alternattika Demokratika dwar l-Iżvilupp Sostenibbli  u l-Gvern Lokali ħareġ dan il-messaġġ  :

Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar l-ambjent kien fuq quddiem nett fl-aġenda taċ-ċittadin Malti. Il-kwalita’ tal-arja, is-sigurta’ tal-enerġija u s-sejħiet għall-offerti b’elf difett, l-ippjanar dwar l-użu tal-art li ma jindirizzax dak mistenni min-nies, ir-riżorsi tal-ilma mhux imħarsa u dejjem jonqsu, l-istorbju eċċessiv u mhux kontrollat, it-toroq mimlija traffiku minħabba r-riforma tat-trasport pubbliku li dejjem ġejja u qatt ma tasal, telfin tal-biodiversita`: dawn kienu wħud mis-suġġetti li Alternattiva repetutament tkellmet dwarhom matul is-sena li għaddiet.  

Il-Gvern kontinwament jitkellem favur il-ħarsien ambjentali, imma mbagħad dak li jagħmel mhux dejjem jikkorrispondi ma’ dak li jiddikjara. Il-flejjes minfuqa ma jindikawx il-kredenzjali ambjentali tal-Gvern imma l-impatti tagħom u r-riżultati pożittivi li jinkisbu minnhom juru kredibilta.  

Il-każ tat-“trab iswed” għadu uffiċjalment ma issolviex. Iżda hu magħruf li riċerka li saret fid-Dipartiment tal-Kimika fl-Universita’ ta Malta fis-sena 2000 kienet diġa indika li l-Power Station tal-Marsa kienet probabilment il-kawża tiegħu. Meta wara għaxar snin għada mhix identifikajt l-oriġini u s-soluzzjoni għal din il-problema huwa indikazzjoni ċara ta’ kemm dan il-Gvern jitkellem biss favur il-ħarsien ambjentali, mingħajr ebda azzjoni pożittiva favur dan il-għan!….. anzi.

Fuq nota pożittiva Alternattiva Demokratika tinnota l–istqarrija fi tmiem il-ġimgħa mis-Segretarju Parlamentari l-ġdid responsabbli għall-Ambjent, Dr Mario De Marco, dwar il-ħtieġa ta’ attenzjoni kbira fuq kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-proġett propost għal Ħondoq ir-Rummien. “L-ambjent tagħna hu żgħir wisq biex nistgħu nitgħabbew b’iktar żbalji bħal dawk li kkommettejna fil-passat, xi kultant anke’ f’isem it-turiżmu u l-progress” qal Dr De Marco (Sunday Times of Malta: 30 ta’ Mejju 2010). Filwaqt li Alternattiva Demokratika taqbel ma’ din id-dikjarazzjoni ta’ Dr De Marco, tistieden lill-Gvern biex jifhem li dawn l-iżbalji seħħew minn awtoritiajiet pubbliċi magħmula minn persuni li l-uniċi kredenzjali tagħhom kienu l-fehmiet politiċi. Alternattiva Demokratika taspira li jasal dak il-jum fejn dawn id-deċiżjonijiet ma jibqgħux jittieħdu mill-politiċi minn wara l-kwinti jew bil-ġbid tal-ispag. Sfortunatament ir-riforma tal-MEPA dan kollu tinjorah.     

Fid-dawl ta’ dan, Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li wasal iż-żmien li kulħadd isemma’ leħnu. Hemm ħtieġa li nkunu ambaxxaturi ta’ futur radikalment differenti mill-present li qed ngħixu fih. Dan jista’ jseħħ bl-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi biex tinbena l-kapaċita amminsutrattiva u teknika meħtieġa għall-oqsma kollha ambjentali kif ukoll biex jiġi assigurat illi tkun żviluppata politika ambjentali konsenswali. Alternattiva Demokratika bħal dejjem hi lesta u disposta biex tagħti sehemha.

Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li l-ambjent hu materja ta’ politika u li l-elezzjoni ta’ Alternattiva Demokratika f’-elezzjonijiet lokali, nazzjonali jew Ewropej tkun l-assigurazzjini li l-ambjent jingħata prijorita’ li jixraqlu f’viżjoni ta’ żvilupp sostenibbli.