Snippets from AD’s electoral manifesto: (38) working conditions

working carrots

The following extract is taken verbatim from Chapter 12 of AD’s Electoral Manifest

The Government and the Social Partners should show more determination in their fight against precarious employment. This type of work is on the increase among different categories of workers with different skills, experience and qualifications, such as with the increase of definite contract work as well as with the increase of workers registered as self-employed but who would be selling their services to one contractor such as the Government or the owner of a business. The Government should ensure that its contracts are not based on precarious employment.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 12 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Il-Gvern u l-imsieħba soċjali għandhom juru aktar determinazzjoni fil-ġlieda kontra l-pjaga tax-xogħol prekarju. Dan it-tip ta’ xogħol qiegħed jiżdied fost kategoriji differenti ta’ ħaddiema b’ħiliet, esperjenzi u kwalifiċi differenti, ngħidu aħna biż-żieda ta’ xogħol b’kuntratt definit kif ukoll iż-żieda ta’ ħaddiema rreġistrati bħala self-employed li jkunu qed ibigħu x-xogħol tagħhom lil kuntrattur wieħed bħall-Gvern jew sid ta’ negozju. Il-Gvern ghandu jiżgura li l-kuntratti li joħroġu ma jkunux ibbażati fuq xogħol prekarju.

Is-Sur Anġ mhux ta’ subgħajh f’ħalqu

Kemm inħolqu impiegi?  Kemm żdiedu l-impiegi?

Bħalissa, u għal dawn l-aħħar ġimgħat ilna nisimgħu verżjonijiet differenti dwar x’ġara. Veru li inħolqu 20,000 impieg? Hekk qed jgħid il-Gvern. Imma l-Opposizzjoni qed tgħid li l-Gvern qed jigdeb.

Issa Anġlu Farrugia qed jgħid li anke’ Tonio Fenech jaqbel miegħu għax id-dokument ta’qabel il-budget, skond is-Sur Anġ, jikkonferma dak li qed jgħid il-Labour.

Fil-pre-budget dokument, fit-Tabella 1.1 li qegħda fuq paġna 4 sibt li t-total tan-nies jaħdmu fl-2008 kien ta’ 145,518 u dawn żdiedu għal 149,764 fl-2011. Jiġifieri f’dan il-perjodu bejn l-2008 u l-2011 it-total ta’ Maltin jaħdmu żdied b’4,246 (erbat elef, mitejn u sitta u erbgħin).

Fl-istess perjodu, skond l-istess dokument ta’ qabel il-budget,  dawk jirreġistraw għax-xogħol żdied in-numru tagħhom b’233 (mitejn u tlieta u tletin).

Issa jiena dawn iċ-ċifri ma nafx kif qed jingħad li jgiddbu d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li inholqu 20,000 impieg.  Għax jekk żdiedu fl-impieg 4,246 persuna meta inħolqu 20,000 ifisser li matul l-istess perjodu intilfu 15,754 impieg. Din hi l-vera figura allarmanti! Bħalma huwa inkwetanti li l-kwalita’ tax-xogħol li inħoloq f’ħafna każi huwa inferjuri għax-xogħol li intilef.

Issa jiena forsi ma nafx naqra daqs is-Sur Anġ, imma s-somom għadni naf nagħmilhom.

Issa s-Sur Anġ mhux ta’ subgħajh f’ħalqu u forsi xi ftit jaf jaqra ukoll. Imma naħseb li jkun iktar kredibbli kienu jgħid il-fatti kif inhuma mingħajr ma jipprova jagħtihom il-kulur.