Insellem lil John Camilleri

John Camilleri

 

Insellem lil John Camilleri li miet il-bieraħ kmieni fil-għodu fl-eta ta’ 67 sena.

Sirt nafu 38 sena ilu. Kont għadni fl-ewwel ġranet tiegħi bħala student fl-Università ta’ Malta. John kien technician fil-laboratorji tad-Dipartiment tal-Fiżika tal-Università.  Kienu ftit ġranet wara l-elezzjoni tal-1976 u d-diskussjoni fuq fomm kulħadd kienet dwar il-ħtieġa li l-Partit Nazzjonalista jorganizza ruħu wara t-tieni telfa elettorali konsekuttiva.

John Camilleri kien fuq quddiem biex jara li dan seħħ. Sena qabel kien sar taqlib kbir amministrattiv fil-PN u John kien inħatar l-ewwel Segretarju Organizzattiv tal-PN bl-inkarigu li l-partit jorganizza ruħu b’mod partikolari fl-ibliet u l-irħula ta’ Malta u Għawdex. Dan kien l-ewwel pass għal tibdila mill-qiegħ li kien tant jeħtieġ il-PN.

F’Ottubru 1976 il-ħidma biex jinbidel George Borg Olivier li kienet ilha li bdiet, irrankat u  fil-fatt tlett xhur wara ġie elett Eddie Fenech Adami bħala Kap tal-PN. John kien fuq quddiem nett biex dan iseħħ.

Imma mhux dan biss.

John  Camilleri kien wieħed minn team li rnexxielu jerġa’ jpoġġi r-ruħ soċjali tal-PN f’postha. B’konvinzjoni.

Ma’ John  Camilleri ħdimt fil-qrib meta għal sentejn jiena kont ir-rappreżentant elett tal-istudenti fil-Kunsill tal-Università fil-bidu tas-snin 80. John kien ir-rappreżentant elett tal-ħaddiema mhux akkademiċi tal-Universita fl-istess Kunsill. Niftakar ċar id-difiża li għamilna meta fil-Kunsill tal-Università  tressqet mozzjoni biex ikunu sospiżi l-ħaddiema (akkademiċi u mhux akkademiċi) li ħadu sehem fil-protesta tal-Imnarja f’Ġunju 1982.

Konna 4 biss mill-membri tal-Kunsill tal-Università li ivvutajna kontra dik is-sospensjoni: jiena, John Camilleri, l-Ispiżjar Maurice Debono (lecturer u rappreżentant elett tal-istaff akkademiku – miet xi snin ilu) u membru ieħor tal-Kunsill li kien nominat mill-Gvern li pero’ xorta ivvota kontra din is-sospensjoni. (Niftakar ċar li kien ġie bil-qegħda ħdejja speċifikament biex jurini kif kien qiegħed jivvota – il-votazzjoni kienet sigrieta.)

John kien bniedem mimli enerġija li użaha biex iwassal messaġġ ċar: nibnu soċjeta’ ġdida b’rispett sħiħ lejn id-dinja tax-xogħol.

John insellimlek.

Is-sabar lill-martu, lill-uliedu, lill-ħutu u lill-familjari tiegħu.

It is time to ride the waves

Continue reading

Future Generations must be heard

 

The politics of sustainable development links present and future generations. The 1987 report of the United Nations Commission on Environment and Development (the Brundtland report) emphasised that development is sustainable if the choices we make today do not restrict tomorrow’s generations from making their own independent choices.

Future generations, to date, have no political or financial power and cannot challenge decisions taken by present generations. They have no voice. They are not represented at the negotiating table where present-day decisions are made.

Politics is dominated by the requirement to satisfy today’s wants, irrespective of the costs, as witnessed by spiralling financial, environmental and social deficits.

During the preparatory meetings for the Rio 1992 earth summit, delegations discussed the impacts of development on various vulnerable groups.

In a four-page document (A/CONF.151/PC/WG./L.8/Rev.1/Add.2), dated February 21, 1992, Malta submitted a proposal to the working group of the preparatory committee of the UN Rio conference, which met in New York in early March 1992.

After underlining the international community’s recognition of the rights of future generations as another vulnerable group, the Maltese government rightly emphasised that it is not sufficient to simply recognise the principle of future generation rights.

Words must be transformed into action. In paragraph 17 of its document, Malta proposed to go beyond rhetoric through the inclusion in the 1992 Rio declaration on the environment of the following: “We declare that each generation has, in particular, the responsibility to ensure that in any national or international forum where it is likely that a decision is taken affecting the interests of future generations access be given to an authorised person appointed as ‘Guardian’ of future generations to appear and make submissions on their behalf, so that account be taken of the responsibilities stated in this declaration and the obligations created thereby.”

Malta’s proposal was presented by the Foreign Ministry led by Guido de Marco.

The proposal had been developed by the International Environment Institute of the University of Malta within the framework of its Future Generations Programme led by Fr Emanuel Agius. Malta’s proposal was not taken up in the Rio declaration on the environment.

Do we need a guardian of future generations in Malta? I believe that we do and I think that the issue should be addressed when Parliament discusses legislation on sustainable development shortly.

The reasons justifying the domestic implementation of Malta’s 1992 proposal to the UN Rio preparatory committee are crystallised in paragraph 7 of Malta’s proposal that focuses on responsibility and foresight. Malta emphasised that present generations are in duty bound to foresee possible risks and uncertainties that present economic, political and technological policies have on future generations.

Responsibility, stated Malta in 1992, demands foresight. Hence, one should anticipate effective measures to, at least, prevent foreseeable risks and uncertainties.

The guardian of future generations would be the voice of those still unborn to defend their right to make their own choices, independently of the choices of present and past generations.

S/he would be the conscience of present generations nudging them towards behaviour and decisions that are compatible with their responsibilities.

In particular, s/he would be in a position to speak up on behalf of future generations when current or contemplated policies give rise to long-term risks that are not adequately addressed. S/he would emphasise that it is unethical for present generations to reap benefits and then shift the consequence of their actions on future generations.

Future generations need a voice to be able to communicate their concerns.

The appointment of a guardian to protect their interests would be such a voice. Such an appointment would also be implementing the President’s declaration during the inaugural session of the present Parliament on May 10, 2008 when he emphasised that the government’s plans and actions are to be underpinned by the notion of sustainable development. He had further stated that “when making decisions today, serious consideration will be given to the generations of tomorrow”.

Hungary has already given the lead. In 2007, the Hungarian Parliament appointed Sándor Fülöp as Parliamentary Commissioner for Future Generations. Among other things, he is entrusted to act as a policy advocate for sustainability issues across all relevant fields of legislation and public policy.

International NGOs, such as the World Future Council, have actively brought up the issue of future generations requiring a present-day voice during the second preparatory committee of the UN Rio+20 sustainability conference held in March this year in New York.

The Maltese Greens consider that it is time for the government to accept that the principled action it took on an international level in 1992 is equally applicable on a national level.

Malta too has the responsibility of foresight. It has the responsibility to ensure that the future can speak up such that we can listen and consider the impacts of our actions.

The time is ripe to act. We owe an ear to future generations. They deserve it.

 

published in The Times – Saturday August 27, 2011

 

5 t’Ottubru 1977 – Jum l-Istudent

 

Għada il-5 t’Ottubru għalija hu marbut mal-ġrajjiet ta’ nhar il-5 t’Ottubru 1977.

Dakinhar l-istudenti tal-Mediċina minħabba t-tilwima tat-tobba mal-Gvern kienu ffaċċjati bl-Iskola Medika magħluqa. Dan kien ifisser studju wieqaf.

L-istudenti tal-Mediċina intrabtu mar-railing tal-Berġa ta’ Kastilja u waqt li kienet għaddejja il-laqgħa ġenerali tal-Kunsill tal-Istudenti konna infurmati b’dan u numru mhux żgħir ta’ studenti dħalna l-Belt nagħtuhom appoġġ. Jien kont hemm.

Dakinnhar jiena kont student għadni nibda t-tieni sena fil-kors tal-arkitettura.

Ftit wara li wasalna Kastilja waslu ukoll il-Pulizija li bdew iferxuna u baqgħu jiġru warajna sal-Universita.

Kienu żmienijiet diffiċli għall-edukazzjoni terzjarja. Konna numru żgħir ta’ studenti, b’mod partikolari meta tqabblu mal-eluf li hemm illum fl-Univerista’.Il-Gvern ta’ Mintoff dakinnhar kien ħolom bl-iskema student ħaddiem li bil-mod kif imħaddma kissret l-edukazzjoni Univeristarja b’effetti li damu jinħassu għal snin twal.

L-iżball fundamentali kien li ttrattaw lil kulħadd l-istess : sitt xhur xogħol sitt xhur studju Skema li kienet imfassla prinċipalment fuq il-ħtiġjiet li kellu l-Gvern fl-isptar fejn ma kellux tobba biżżejjed għajr dawk (prinċipalment) ta’ nazzjonalita’ barranin li daħlu jaħdmu flok dawk li ħarġu bi strajk. L-istudenti li sadakinhar kienu jduru s-swali tal-isptar mal-professuri biex jitgħallmu mill-każijiet li kienu għall-kura issa kienu ta’ għajnuna  biex jimlew il-vojt li kien hemm fl-isptar.

U bħalma għamlu l-istudenti tal-mediċina kella nagħmlu aħna l-istudenti tal-arkitettura fid-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Xi ħaga titgħallem. Imma sitt xhur straight sena wara l-oħra kienu ħela ta’ ħin. U l–Gvern tal-Labour ma kienx interessat li jisma’.      

Ma nafx jekk semgħux dawn it-tip ta’ kummenti tal-Labour huma u jeżaminaw l-istorja tal-Partit fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Din hi waħda mit-tbajja’ fl-istorja tal-Partit Laburista fil-Gvern.

World Environment Day Message – Messaġġ għal Jum l-Ambjent

On the occasion of World Environment Day, commemorated annually on the 5 June, Carmel Cacopardo AD Spokesman on Sustainable Development and Local Government has on behalf of Alternattiva Demokratika The Green Party in Malta  issued the following message :

 During the past twelve months the environment has topped the citizen agenda many times. Air Quality, energy security and flawed tendering processes, land use planning which leaves much to be desired, depleted water resources, excessive and uncontrolled noise and congested roads due to overdue public transport reform, issues relative to biodiversity loss,  have been some of the topics on which AD has repeatedly spoken throughout the past twelve months.  

Government continuously speaks in favour of environmental measures but then its actions do not always correspond to its statements. It is not the monies spent which indicate the level of environmental commitment but the impacts and the positive results attained in addressing the most pressing environmental problems. 

Whilst the “black dust” saga is still officially unresolved it is known that research carried out at the Department of Chemistry at the University of Malta as far back as the  year 2000 had already indicated that the Marsa Power Station was the possible source of this black dust. Not indentifying a solution to this problem in 10 years is a clear indication of the “green credentials” which this government  speaks about but does not manifest in its actions.   

On a positive note AD has noted the statement made over the weekend by new Parliamentary Secretary responsible for the Environment, Dr Mario De Marco, on the need to be very cautious in tackling the proposed Hondoq ir-Rummien project. “Our environment is too small to afford to suffer any more mistakes than we have already committed in the past, sometimes even in the name of tourism and progress”  stated Dr De Marco (Sunday Times of Malta: Sunday 30 May 2010). Whilst AD endorses Dr De Marco’s statement, it invites government to realise that these mistakes have been committed by public authorities made up of appointees whose only credentials were their political allegiances. AD looks forward  to the day when decisions are taken by competent authorities and not by politicians in disguise or by proxy.  MEPA reform currently in hand unfortunately does not point in this direction.

In view of all this AD considers that it is time to stand up and be counted. We need to be ambassadors of a radically different future. This can be achieved if more resources are allocated to establish an administrative capacity for dealing with environmental issues as well as ensuring that a consensual environmental policy is developed for these islands.  AD as always is available to give its contribution.

AD reiterates that the environment is a political issue and the election of AD in local, national and European elections will ensure that it is given the priority it deserves through a vision of sustainable development.
_______________________________________________________________________

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ambjent imfakkar kull sena nhar il-5 ta’ Ġunju,  Carmel Cacopardo kelliemi ta’ Alternattika Demokratika dwar l-Iżvilupp Sostenibbli  u l-Gvern Lokali ħareġ dan il-messaġġ  :

Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar l-ambjent kien fuq quddiem nett fl-aġenda taċ-ċittadin Malti. Il-kwalita’ tal-arja, is-sigurta’ tal-enerġija u s-sejħiet għall-offerti b’elf difett, l-ippjanar dwar l-użu tal-art li ma jindirizzax dak mistenni min-nies, ir-riżorsi tal-ilma mhux imħarsa u dejjem jonqsu, l-istorbju eċċessiv u mhux kontrollat, it-toroq mimlija traffiku minħabba r-riforma tat-trasport pubbliku li dejjem ġejja u qatt ma tasal, telfin tal-biodiversita`: dawn kienu wħud mis-suġġetti li Alternattiva repetutament tkellmet dwarhom matul is-sena li għaddiet.  

Il-Gvern kontinwament jitkellem favur il-ħarsien ambjentali, imma mbagħad dak li jagħmel mhux dejjem jikkorrispondi ma’ dak li jiddikjara. Il-flejjes minfuqa ma jindikawx il-kredenzjali ambjentali tal-Gvern imma l-impatti tagħom u r-riżultati pożittivi li jinkisbu minnhom juru kredibilta.  

Il-każ tat-“trab iswed” għadu uffiċjalment ma issolviex. Iżda hu magħruf li riċerka li saret fid-Dipartiment tal-Kimika fl-Universita’ ta Malta fis-sena 2000 kienet diġa indika li l-Power Station tal-Marsa kienet probabilment il-kawża tiegħu. Meta wara għaxar snin għada mhix identifikajt l-oriġini u s-soluzzjoni għal din il-problema huwa indikazzjoni ċara ta’ kemm dan il-Gvern jitkellem biss favur il-ħarsien ambjentali, mingħajr ebda azzjoni pożittiva favur dan il-għan!….. anzi.

Fuq nota pożittiva Alternattiva Demokratika tinnota l–istqarrija fi tmiem il-ġimgħa mis-Segretarju Parlamentari l-ġdid responsabbli għall-Ambjent, Dr Mario De Marco, dwar il-ħtieġa ta’ attenzjoni kbira fuq kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-proġett propost għal Ħondoq ir-Rummien. “L-ambjent tagħna hu żgħir wisq biex nistgħu nitgħabbew b’iktar żbalji bħal dawk li kkommettejna fil-passat, xi kultant anke’ f’isem it-turiżmu u l-progress” qal Dr De Marco (Sunday Times of Malta: 30 ta’ Mejju 2010). Filwaqt li Alternattiva Demokratika taqbel ma’ din id-dikjarazzjoni ta’ Dr De Marco, tistieden lill-Gvern biex jifhem li dawn l-iżbalji seħħew minn awtoritiajiet pubbliċi magħmula minn persuni li l-uniċi kredenzjali tagħhom kienu l-fehmiet politiċi. Alternattiva Demokratika taspira li jasal dak il-jum fejn dawn id-deċiżjonijiet ma jibqgħux jittieħdu mill-politiċi minn wara l-kwinti jew bil-ġbid tal-ispag. Sfortunatament ir-riforma tal-MEPA dan kollu tinjorah.     

Fid-dawl ta’ dan, Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li wasal iż-żmien li kulħadd isemma’ leħnu. Hemm ħtieġa li nkunu ambaxxaturi ta’ futur radikalment differenti mill-present li qed ngħixu fih. Dan jista’ jseħħ bl-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi biex tinbena l-kapaċita amminsutrattiva u teknika meħtieġa għall-oqsma kollha ambjentali kif ukoll biex jiġi assigurat illi tkun żviluppata politika ambjentali konsenswali. Alternattiva Demokratika bħal dejjem hi lesta u disposta biex tagħti sehemha.

Alternattiva Demokratika hi tal-fehma li l-ambjent hu materja ta’ politika u li l-elezzjoni ta’ Alternattiva Demokratika f’-elezzjonijiet lokali, nazzjonali jew Ewropej tkun l-assigurazzjini li l-ambjent jingħata prijorita’ li jixraqlu f’viżjoni ta’ żvilupp sostenibbli.

Esperimenti dwar Enerġija mix-Xemx

Mijiet ta’ mirja allinejati max-xemx

 

 

Pajjiżi oħra, konxji tal-ħerba ekonomika li qed tinġema bħala riżultat fl-isplużjoni tal-prezz taż-żejt qed jistudjaw kif jistgħu jibbenefikaw minn dak li tipprovdi n-natura bla ħlas : ċjoe mill-enerġija tax-xemx.

 

Per eżempju fid-deżert tan-Neġev ġewwa l-Iżrael xjenzjati Amerikani u Lhud qed jesperimentaw kif jistgħu jiġġeneraw l-enerġija elettrika bl-inqas spejjes possibli. Ir-riżultat ta’ dawn l-esperimenti ser ikunu implimentati fil-kostruzzjoni ta’ tlett impjanti solari li ser jinbnew f’California .  

 

Fl-esperimenti qed jintużaw mijiet ta’ mirja ġġwidati permezz ta’ computer (dawn huma imsejħa heliostats) biex ikunu allinejati max-xemx u b’hekk jiffukaw il-qawwa massima ta-raġġi tax-xemx lejn boiler li jipproduċi l-fwar li permezz tat-turbina jiġġenera l-elettriku. L-esperiment qed joqrob lejn it-tmiem.

 

 

F’Malta, aħna min-naħa l-oħra, flok ma nmiddu idejna, dejjem neqirdu u nitkarrbu. Darba kellna stazzjon sperimentali bi sħab bejn l-Universita ta’ Malta u l-Gvern Awstrijaku. Dan huwa l-Institute for Energy Technology  li qiegħed ġewwa Marsaxlokk.

 

Kieku jiċċaqalqu ftit ma jkunx aħjar ?