Il-qerda madwarna, dejjem tikber

L-applikazzjoni bin-numru PA11067/17 għall-iżvilupp ta’ faċilitá oħra ta’ McDonalds fil-periferija ta’ Ħaż-Żabbar huwa attentat ieħor biex tiġi mnaqqra l-art li nirreferu għaliha bħala ODZ. S’issa nimmaġina li kważi kulħadd jaf li l-ittri ODZ ifissru Outside (O) the Development (D) Zone (Z). Jiġifieri barra miż-żona tal-iżvilupp. Dan ifisser li dik l-art, preferibilment m’għandiex tkun żviluppata.

Imma s-sit li ntagħżel biex possibilment ikun żviluppat fuq faċilitá ta’ McDonalds qiegħed f’żona li żviluppat bil-mod fil-passat. Meta l-Pjani Lokali ġew imfassla u ppubblikati tnax-il sena ilu, is-sit fi Triq Salvu Pulis ġewwa Ħaż-Żabbar u l-iżvilupp ta’ madwaru kien definit bħala żona residenzjali rurali (rural settlement): li jfisser li kienet żona residenzjali barra miż-żona tal-iżvilupp imma li m’għandiex titħalla tikber.

Lil hinn mill-lingwaġġ tekniku għandna nagħmlu kull sforz biex art barra miż-żona ta’ żvilupp tibqa’ mhux sviluppata u li fejn diġa hemm l-iżvilupp, dan ma jikbirx. Il-pjani lokali huma supplimentati minn biżibilju ta’ regoli u linji gwida li sfortunatament, imma ċertament b’mod intenzjonat u ikkalkulat, joħolqu kuntrasti jew kunflitti li jwasslu għall-konklużjoni loġika li kważi kollox hu b’xi mod ġustifikabbli.

Li jkun hemm faċilitá ta’ McDonalds fuq l-art li ntagħżlet f’Ħaż-Żabbar żgur li mhux kompatibbli man-natura residenzjali tal-inħawi. Imma xejn ma nkun sorpriż jekk ikollna ftit akrobazija ta’ livell olimpiku li twassal għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni. Il-problema li għandhom numru mhux żgħir ta’ dawk li qed jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Awtoritá tal-Ippjanar hi li huma nieqsa minn kull sensibilitá ambjentali jew dwar l-ippjanar (ta’ l-użu ta’ l-art). Din l-insensittivitá hi l-kawża tal-qerda bil-mod tal-kampanja u tal-identitá tal-lokalitajiet residenzjali żgħar bil-konsegwenza tal-ħolqien ta’ uġiegħ soċjali kbir.

Ħarsa anke ħafifa lejn il-lista ta’ dawk il-każijiet li għamlu l-aħbarijiet tagħtina idea tajba ta’ dak li wassal għall-qagħda preżenti. Il-problema bażika hi dawk l-irġiel u n-nisa li ntagħżlu biex jieħdu d-deċiżjonijiet. Dawk tal-lum m’humiex wisq differenti minn tal-bieraħ: (b’xi eċċezzjonijiet) ġeneralment ma jiswew għal xejn, avolja xi minn daqqiet uħud jippruvaw ikunu raġjonevoli.

Hu rari ħafna li jkun hemm xi deċiżjoni li tkun ser taqbżilhom: pereżempju dik dwar il-pompa tal-petrol u d-dijsil fi Triq is-Salini fil-Magħtab. Ir-regoli dwar kif jittieħdu d-deċiżjonijiet huma mfassla biex jassiguraw li meta jkun hemm min jażżarda jaqbes il-linja, b’mod kważi awtomatiku, jiskatta proċess ta’ awto-difiża tas-sistema: il-vot ma jittieħidtx dak il-ħin iżda fis-seduta ta’ wara. Dakinnhar imbagħad ikun possibli li jissejħu r-riżervi (dawk li bosta drabi ma jattendux għal-laqgħat) biex b’hekk fis-siegħa tal-prova jkun hemm kulħadd. Ikun hemm biżżejjed ħin biex dawk li jdumu jew ibatu biex jifhmu jiftħu ftit moħħhom u jikkonvinċu ruħhom. Imbagħad ikun hemm maġġoranza li tista’ tagħmel xogħolha bil-kumditá.

Dan kollu ħoloq ostaklu istituzzjonali doppju kontra l-ħarsien tal-ambjent. Kien speċifikament maħluq għal dan l-iskop minn min kiteb l-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. B’dan il-mod hemm kontroll istituzzjonali kontra dawk li kapaċi (anke jekk rari jażżardaw) jaħsbu b’moħħhom. Hi l-mewt bil-mod tal-kampanja u l-wirt ambjentali tagħna. Mhux biss f’ Ħaż-Żabbar, iżda madwar il-gżejjer tagħna.

Uħud minn dawk li jgorru u kontinwament jimlew il-gurnali, inkluż dawk elettroniċi, bil-fehmiet tagħhom jeħtieġilhom jikkunsidraw is-sehem tagħhom f’dan kollu. Għandhom jikkunsidraw jekk huma stess ikkontribwewx biex kibret il-froġa billi repetutament eleġġew li dawk li kewsu fil-borma.

 

Ippubblikat fuq Illum – Il-Ħadd 25 ta’ Frar 2018

Advertisements

Fast food, slow death

Planning application with reference number PA 11067/17 for the development of a new McDonalds outlet on the outskirts of Żabbar is one of the latest attempts to nibble at our ODZ land. As readers are aware, the letters “ODZ” stand for Outside the Development Zone, meaning that the land in question should ideally not be developed at all.

However, the site selected for the possible development of the McDonalds fast food chain outlet lies in an area that has been slowly developed over the years. When the Local Plans were finalised 12 years ago, the site at Salvu Pulis Street in Żabbar and the surrounding development were defined as an ODZ (rural) settlement: meaning that it was an existing residential development outside the development zone that was to be contained and not allowed to spread any further.

Beyond the technical jargon, ODZ land should remain outside the development zone. The Local Plans have been supplemented by a myriad of additional policies and guidelines which unfortunately, but clearly intentionally, create so many policy contrasts and conflicts that it would not be amiss to conclude that practically anything can be justified on the basis of existing policy.

Having a McDonalds outlet in the chosen site at Żabbar is not compatible with the residential nature of the area, but I would not be surprised at all if another planning somersault of Olympic proportions leads to the approval of this application. The problem with most of the decision-takers at the Planning Authority is that they have little, if any, planning or environmental sense. This insensitivity is contributing to the slow and painful death of our countryside as well as that of our small settlements.

Just go slowly through the list of cases which have made it to the front pages of our newspapers and you will get a good idea of what has slowly but surely led to the current state of affairs. The basic problem is the men and women selected to be the decision-makers. The present ones are not much different from the previous ones: (although with some exceptions) generally they are useless. Some of them occasionally try to be reasonable.

Very rarely, a reasonable decision threatens the current order of things and looks likely to slip out: as the recent case on the Magħtab fuel station. The decision-taking rules are designed to trigger an automatic self-defence mechanism against those who dare overstep their brief: the definite decision is postponed to the next sitting. It is then possible to call in the reserves to vote and the habitual absentees turn up, thereby ensuring a full house at the next Board meeting. There is also sufficient time to convince those who may have “misunderstood” matters and dared speak their mind. It is then possible to ensure that the majority falls in line.

This has created an institutional double hurdle against the environment and its protection. It is specifically designed to be so by the author of the 2016 Development Planning Act, clearly intended to introduce an institutional check on those who dare sing from a different hymn sheet from the one available. It is the slow death of our countryside and our environmental heritage – not just at Ħaż-Żabbar, but all over the islands.

Some of those who grumble and fill the comments sections of our newspapers with their views need to consider whether they have contributed to all this by repeatedly electing those who have designed this mess.

Published on The Malta Independent on Sunday – 25 February 2018