Triq Durumblat : ħdejn it-Torri Cumbo Mosta

 

ø

 

Durumblat hu (jew kien) isem ta qasam art bejn il-Mosta u Ta Vnezja li jibqa tiegħla lejn l-Imdina. Il-kelma Durumblat, jgħidilna Erin Serracino-Inglott fil-kapulavur tiegħu Il-Miklem Malti  trid tfisser ħotba fil-blat.

Imma din il-ħotba fil-blat ftit għadha tidher bil-bini sfrenat li tela tul is-snin.

Issa fl-aħħar forsi ser nieqfu biex naħsbu ftit dwar xinhu jiġri. Id-deċiżjoni tal-bieraħ tal-Awtorità tal-Ippjanar li tirrifjuta l-applikazzjoni biex art fil-periferija tal-Mosta tkun żviluppata bmod intensiv toffri tama li s-sens komun fl-ippjanar għall-użu tal-art fpajjiżna għadu ma intilifx għal kollox. L-applikazzjoni PC 039/09 kienet biex ikun determinat xtip ta żvilupp hu permissibbli fuq art tal-qies ta 38,600 metru kwadru ħdejn it-Torri Cumbo l-Mosta.

Il-bierah jiena kont preżenti għas-seduta tal- Awtoritá u fisem residenti fl-inħawi tkellimt kontra din l-applikazzjoni.  Fissirt kif l-iżvilupp propost hu wieħed massiv u li kien neċessarju li jkun magħruf, permezz ta studji apposta, xinhu l-impatt, mhux biss ta dan l-iżvilupp iżda ukoll fuq l-impatt kumulattiv. Jiġifieri meta tqis kemm l-impatt tal-bini eżistenti u żżid miegħu l-impatt tal-bini ġdid propost.

Jiena konxju li l-istorja mhux ser tieqaf hawn. Id-deċiżjoni żbaljata favur l-iżvilupp ilha li ttieħdet sa mill-2006 meta l-Parlament iddeċieda li madwar żewġ miljun metru kwadru ta art fil-periferija tal-ibliet u l-irħula tagħna jingħataw għall-iżvilupp. Dakinnhar kienu qalu li dan kien eżerċizzju ta razzjonalizzazzjoni. Imma jiddispjaċini ngħid li hu kollox barra razzjonali!

Huwa neċessarju li qabel ma din l-applikazzjoni tkun ikkunsidrata mill-ġdid, kif inevitabilment ser jiġri, ikun ikkunsidrat bir-reqqa l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali ta dan l-iżvilupp massiċċ. Hemm ħtieġa li jsiru l-istudji neċessarji li jikkwantifikaw dan l-impatt kif ukoll li jkunu identifikati miżuri ta mitigazzjoni. 

Fost oħrajn għandna niftakru li l-aħħar ċensiment li sar fl-2011 kien żvela li minn 8359 residenza fil-Mosta, 16.2% kienu vakanti u 3.2% oħra kienu użati okkazjonalment. Dan waħdu diġa huwa raġuni valida biżżejjed li minħabba fiha dan it-tip ta żvilupp għandu jkun skoraġġit.

Għandu jkun ikkunsidrat ukoll li għall-futur, il-kunsiderazzjoni ta applikazzjonijiet ta din ix-xorta għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri innovattivi ta ħarsien ambjentali fosthom l-obbligu tal-ġenerazzjoni ta elettriku mix-xemx btali mod li kull waħda mill-units reżidenzjali permessi tkun carbon neutral.

Din id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, hi lezzjoni għall-Gvern u l-Oppożizzjoni: wasal iżżmien li d-deċiżjoni stupida li kien ħa l-Parlament fl-2006 tkun reveduta. Mhux biss dwar l-art fil-Mosta iżda dwar kull wieħed miżżewġ miljuni metru kwadru li dakinnhar ingħataw għall-iżvilupp.

Alternattiva Demokratika hi kburija li tul dawn l-aħħar ħdax-il sena ma waqfitx titkellem fuq din il-materja u tistieden lill-Gvern u l-Oppożizzjoni biex jiftħu għajnejhom u jingħaqdu magħha biex din id-deċiżjoni ħażina tal-Parliament fl-2006 tkun indirizzata.

Fi Triq Durumblat

Sa ftit ilu fi Triq Durumblat bejn Ħ’Attard u l-Mosta, f’tarf Triq Santa Katarina, fl-area magħrufa bħala tal-Mirakli kellna dan:

Durumblat.0

Iżda issa, għandna dan:

durumblat.1

durumblat.2

durumblat.3 durumblat.4

Grazzi Lawrence Gonzi u George Pullicino.  Anke’ Joseph Muscat jaqbel ma dan għax għall-Labour l-industrija tal-kostruzzjoni hi pilastru importanti tal-ekonomija.

Bħal dak li qallu li 72,150 post residenzjali vojt mhux biżżejjed.

Il-poplu Malti jibqa’ għal dejjem rikonoxxenti!