Jason Azzopardi mhux tad-daħk

jason-azzopardi-jwissik

Waqt li għaddejja l-polemika dwar jekk il-hijack tal-Afriqiyah Airways tat-23 ta Diċembru 2016 fi triqtu bejn Sebha u Tripli kienx wieħed reali jew finta toħroġ l-aħbar fuq it-Times of Malta tal-lum li Jason Azzopardi, l-avukat, is-shadow Minister għall-Ġustizzja, d-demokrazija u xma nafx xiktar, ser ikun wieħed mill-ko-difensuri ta dawk akkużati bil-ħtif tal-ajruplan.

Għal Jason Azzopardi jidher li ma fiha xejn li fil-għodu hu, l-partit tiegħu, sħabu u xi akkolti oħra jagħmlu l-argument politiku li dan ma kien hijack xejn biex imbagħad, wara, jdeffes imnieħru fil-każ.

Ovvjament għal Jason Azzopardi ma hemm l-ebda kunflitt ta interess, bejn ir-responabbiltajiet tiegħu ta’ Membru Parlamentari u d-difiża tal-hijackers tal-Afriqiyah Airways. Anzi għandu kull dritt li jizzattat. Jekk għadu ma fehemx li mhux postu hemm, għadu ma fehem xejn.

Ir-raġel af li mhux tad-daħk imma tal-biki. Ngħid il-veritá bdejt nitħassar lill-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil li spiċċa mdawwar bdawn it-tip ta nies.    

Il-ħtif fi Tripli

galea.muscat.farrugia

 

Qalulna li kien miżmum mit-twajbin.  Minn dawk li huma ħbieb ta’ Malta u allura riedu jipproteġuh.

Imma issa li qrajna l-intervista fuq l-Indpendent l-affarijiet jidhru mod ieħor.

Li l-gazzetti janaliżżaw u jikkritikaw dak li ġara, għaliex ġara u kif ġara nifhmu. Li ma nistax nifhem imma hu għaliex hemm min qiegħed jagħlef il-ħsieb li qiesu ma ġara xejn.

X‘inhu l-ħsieb wara din il-manuvra? M’għandi l-ebda idea.

Fl-intervista tiegħu fuq l-Independent Martin Galea, li jifhem u jitkellem sewwa l-Għarbi, qal li sema’ lil dawk li kienu qed iżommuh jitkellmu dwar kif ser joqluh. Tnejn minnhom, qal, għamlu żmien joqgħodu Malta, f’San Ġiljan.

Naħseb li hu l-mument addattat li nistaqsu: x’hemm iżjed li għadu mhux magħruf?