L-istupru tas-Saqqajja

Nitkellmu dwar it-Telgħa tas-Saqqajja. Imma jidher li s-Saqqajja għan-niżla!

L-applikazzjoni ta’ żvilupp biex żewġt idjar qodma fuq is-Saqqajja r-Rabat ikunu mibdula f’lukanda żgħira (boutique hotel) hu attentat ieħor biex ikun sfrakassat il-wirt storiku tal-pajjiż. Il-fillera sħiħa ta’ djar fuq is-Saqqajja flok ma jitħallew jinqerdu minn dak li wħud isejħulu żvilupp għandhom jingħataw protezzjoni fit-totalità tagħhom. Kif ippropona l-Professur Mario Buhagiar dawn id-djar fuq is- Saqqajja , tal-inqas, jistħoqilhom protezzjoni fi Grade 2, jiġifieri li l-faċċata tagħhom ma tkunx tista’ tintmiss. Possibilment jistħoqilhom iktar minn hekk ukoll: li jkunu mħarsa b’mod komplet fi Grad 1.  

 L-applikazzjoni għal żvilupp bin-numru 9516/18 tipproponi li d-djar 14 u 15 fuq Is-Saqqajja Rabat (b’faċċata ukoll fuq Vjal Santu Wistin) jinbidlu f’lukanda fi klassi 3B . Minn eżami tal-pjanti sottomessi jidher ċar li l-proposta tinkludi ż-żieda ta’ żewġ sulari fuq il-binja eżistenti kif ukoll il-mutilazzjoni tal-partijiet interni ta’ dawn iż-żewġt idjar biex ikunu jistgħu jkunu mibdula f’lukanda żgħira.

Bħal bosta oħrajn jiena ukoll ippreżentajt oġġezzjoni għal dan l-aħħar attakk fuq il-wirt tagħna lkoll. Ir-raġunijiet għal dan huma diversi.

L-ikbar raġuni hi li l-iżvilupp propost jistona fil-kuntest li hu propost li jsir.  Ser jeqred darba għal dejjem l-omoġenejità u l-armonija tal-faċċati tal-bini kemm fuq is-Saqqajja kif ukoll fuq Vjal Santu Wistin. Fuq Vjal Santu Wistin  l-iżviluppatur irid iħarbat parti kbira mill-ġnien li jagħti karattru uniku u hu parti integrali mill-binja. Hi l-binja kollha, kif inhi, bil-ġnien kollu  li teħtieġ li tkun protetta.

Il-Pjan Lokali, li jqis liż-żona bħala waħda ta’ konservazzjoni urbana jillimita l-iżvilupp fiż-żona għal żewġ sulari. Il-proposta ta’ żvilupp tinjora din il-limitazzjoni kompletament. Huwa għaldaqstant ovvju li jekk din l-applikazzjoni tibqa’ għaddejja u tkun approvata ser twassal għall-qerda tal-filliera sħiħa tad-djar  fuq is-Saqqajja għax li jgħodd għal wieħed jgħodd għal kulħadd. Imbagħad  tkun ġiet stuprata ż-żona kollha.

Iżjed ‘l-isfel, fit-Telgħa tas-Saqqajja, fejn sa ftit ilu kien hemm it-Tattingers Club u xi propjetajiet oħra, il-ħerba tkompli.  Dan is-sit ukoll għandu mdendla miegħu proposta ta’ żvilupp: lukanda massiċċa ta’ 110 kmamar mifruxa fuq 5600 metru kwadru. Mhumiex l-uniċi applikazzjonijiet fl-inħawi għax hemm oħrajn. Iżda huma l-iktar li jagħtu fil-għajn. 

Jidher li waslet id-daqqa tar-Rabat li jrid jiffaċċja l-forza tal-qerda li tpoġġi l-flus qabel il-wirt komuni tagħna lkoll.

Il-mod kif ġiebet ruħha l-Awtorità tal-Ippjanar fil-passat ma tantx hu ta’ awgurju tajjeb li din b’xi mod kapaċi tieqaf lill-forzi tal-qerda. Permezz tad-deċiżjonijiet tagħha sal-lum, l-Awtorità tal-Ippjanar bagħatet messaġġ ċar li, fil-fehma tagħha, l-impatt ekonomiku tal-industrija tal-kostruzzjoni jixirqilha ferm iktar attenzjoni minn kwlaunkwe ħaġa oħra.  B’ġustizzja ngħid li hemm xi żewġ membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li jispikkaw minħabba li b’differenza minn sħabhom jiddefendu regolarment kemm il-wirt storiku kif ukoll dak naturali. Imma dawn qegħdin f’minoranza assoluta, avolja xi kultant ġieli jappoġġawhom uħud mill-bqija.

Imma x’tistenna minn Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li l-membri tiegħu ma jħossuhomx skomdi madwar l-istess mejda ma’ agent tal-propjetà biex jgħaddu ġudizzju dwar liema applikazzjonijiet ta’ żvilupp jixirqilhom ikunu approvati u liema le?  

M’għandi l-ebda idea dwar x’deċiżjoni ser ikollna, imma fid-dawl ta’ kif ġiebet ruħha sal-lum l-Awtorità tal-Ippjanar xejn ma niskanta jekk tagħti l-approvazzjoni tagħha biex il-qerda tibda tiela’ t-Telgħa tas-Saqqajja. 

Ippubblikat fuq Illum : 9 ta’ Diċembru 2018

The mutilation of Saqqajja

The planning application to convert two old town-houses at Saqqajja, Rabat into a boutique hotel is another attempt to mutilate our historical heritage. The whole row of town houses at Saqqajja, rather than being placed on the chopping board of so-called development should be protected in their totality. As proposed by Professor Mario Buhagiar, these Saqqajja town houses, as a minimum, deserve a Grade 2 protection, that is to say their elevation must be preserved in its entirety. Their protection should possibly be even more extensive: total protection at Grade 1.

Planning application 9516/18 proposes to change the use of residences at 14 and 15 Is-Saqqajja Rabat (with back elevations onto Vjal Santu Wistin) into a Class 3B hotel. Through an examination of the proposed drawings, it is clear that the proposal includes the addition of two new floors as well as an internal mutilation of the properties to render them usable as a boutique hotel.

I have joined countless others in submitting an objection to this latest assault on our historical heritage. The reasons for objecting are numerous.

The most obvious reason for objecting is that the proposed development is out of tune with its surroundings. It will ruin the homogenous eloquence of both the Saqqajja elevation as well as that of Vjal Santu Wistin on which elevation the developer is proposing to gobble up an extensive part of the existing garden that contributes to a unique setting which needs the maximum protection possible.

The Local Plan, defining the area as an Urban Conservation Area, limits any proposed development in the area to two floors. This limitation is blatantly disregarded by the proposal for this boutique hotel. If this application is not stopped in its tracks, it is inevitable that it will eventually lead to the complete mutilation of the whole row of Saqqajja town-houses, because what’s good for the goose is naturally good for the gander.

Further down the hill, on the site currently occupied by Tattingers Club and a number of adjoining properties, the mutilation exercise continues. This site has another development proposal for a massive 110-room hotel spread over an area of around 5600 square metres. There are other planning applications in the vicinity but the above two are the most conspicuous. It seems that the mutilation brigade has shifted their attention towards Rabat and its surroundings.

The past performance of the Planning Authority is not very reassuring as it does not seem capable of withstanding the pressures of the development lobby. The Planning Authority has, as a result of its past decisions, sent a clear message that it considers the economic activity of the building industry more worthy of its attention and protection than anything else. In all fairness, there are a couple of members on the Planning Authority Board who stand out because they continuously defend the national heritage and the natural environment. But they are unfortunately a very small minority even when, occasionally, they are supported by others.

What else do you expect from a Planning Authority Board whose members are not uncomfortable when they sit with an estate agent in judgement as to which applications for a development permit are approved or refused?

I have no idea what the decision will be, but, based on past performance it is not beyond the Planning Authority Board to give its approval to the massacre brigade marching up Saqqajja Hill.

published on The Malta Independent on Sunday : 9 December 2018